Handball: Handball Finali KO irgiel u Nisa

Monday, May 29, 2017, 11:05

Illum intlagħbu ż-żewġ finali mill-kompetizzjoni KO ta’ l-irġiel u kemm tan-nisa ġewwa l-Padiljun ġewwa l-Universita. L-ewwel logħba kienet il-Finali tan-nisa bejn il-Kavallieri u Aloysians.

F’din il-logħba t-tim tal-Aloysians issuperaw għal kollox lil avversarji, fejn ta’ l-ewwel ftit li xejn setgħu jippenetraw id-difisa ta’ l-Aloysians.

Fl-ewwel taqsima spiccat 15-10 favur L-Aloysians.

Fit-tieni taqsima l-Aloysians komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u baqgħu iżidu fl-iskor biex rebħu l-logħba b’mod konvicenti ta’ 31-18.

Il-captian tal-Aloysians Brenda Mamo ġiet vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

Iz-żewġ ufficjali tal-logħba kienu Stefan Desira u Denise Busuttil.

Fit-tieni finali tan-KO tal-irġiel kienet bejn ic-champions Aloysians u l-Luxol,f’din il-finali l-logħba spiccat 31-27 favur Aloysians.

Il-logħba żvolġiet logħba interassanti għal aħħar, minkejja l-Aloysians dehru aktar organiżżati tilfu difersi okkażżjonijiet ta’ gowls matul l-ewwel taqsima biex l-ewwel taqsima spiċċat 16-13 favur Aloysians.

Kif spiċċat l-ewwel taqsima ir-referi Stefan Desira keċċa lil Kurt Bugeja ta’ l-Aloysians wara li dan ixxuttja l-ballun f’wiċċ l-avversarju.

Fit-tieni taqsima l-logħba bagħqet bilanċjata biż-żewġ timijiet baqgħu jiskurjaw gowl wara l-ieħor biex finalment it-tim tal- Aloysians spiċċa rebaħ bl-iskor ta’ 31-27 Il-Player tal-logħba kien tal-Aloysians Peter Naudi.

B’dan is-suċċess it-tim tal-Aloysians rebħu kull trofew f’dan l-istaġun jiġifieri ħames trofew infila.

Wara l-logħba il-President tal-Assoċċjassjoni s-Sur Louis Borg ipprezenta il-Tazza lil captain Philip Mifsud.

Iż-żewg ufficjali tal-logħba kienu Stefan Desira u Brian Agius.





Leave a comment