Ħamrun viċin li jitilfu l-ewwel 3 punti fuq il-mejda

Tuesday, August 23, 2011, 17:43

minn Sandro Micallef

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet eżattament il-Ħadd li għadda, intlagħbet il-partita Ħamrun S vs Balzan li spiċċat b’riżultat ta’ 3-1 favur l-Ispartans, dan l-istess klabb jinsab fi problema kbira hekk kif dal-għodu għall-ħabta tal-ħdax, Balzan Youths daħħlu protest għand il-Malta Football Association minħabba li Ħamrun S. lagħbu l-plejer Daniel Zerafa li kien sospiż meta hu lagħab fl-aħħar logħba fil-kampjonat tal-minors l-istaġun li għadda . Il-player daħal jilgħab fid-90 minuta minflok Ribeiro. Ir-regolament tal-MFA jgħid li meta plejer jigi sospiż, is sospensjoni jrid jikkontestaha fl-ewwel logħba kompetittiva tal-MFA li l- plejer ikun eleġibbli ghaliha.

Il-kliem preċiżi tar-regolament nru 19 tal-MFA huma dawn:
Special Serving of Suspension – If such suspension cannot be served in any competition of the Association, or of the Member Association or of the Affiliated Association concerned, as the case may be, during the same season,, the suspension shall be served in the first competition of the Association, or of the Member Association, or the Affiliated Association concerned, as the case may be, for which the player is eligible to play during the next season.

Dan ifisser li jekk Balzan jirbħu l-protest, Ħamrun iħallu t-tielet post u jingħaqdu ma’ Tarxien, Mqabba, Mosta  u Qormi  li ma ħadu l-ebda punt mill-ewwel partita.

Dan il-protest, jekk jintlaqa’, jinstema’ quddiem il-board tal-Protesti tal-Malta Football Association kompost mic-Chairman Dr Reuben Farrugia, Caesar Scerri, Salvu Attard, Louis Borg u Charles Falzon.





8 Comments

  1. marco mallia says:

    GHALKEMM MA GIBTUX IL POST TIJAJ MA JIMPURTAX SANDRO.BISS LI EDTLEK NIBQA INSOSTNIH. INT MISSEK LEWWEL SMAJT IN NAHA TAGHNA HUKOLL MUX TAQBAD U TAJD LI VICIN LI JINTILFU IT TLITT PUNTI. KONT NISTENNA LI LILI BHALA PRO TAL KLABB ISSAQSINI IL VERZJONI MIN NAHA TAGHNA.

    [Reply]

  2. melvin says:

    mqabbad mana qisek inti sandro ahjar tmur tamel xolok, jekk player gie suspendut under 17 andu jibqa ma ta l stess kategorija suspension, xanda x taqsam tehoda fl premier?? din malta biss jew daw ir regoli? f pajjizi ohra tehodom skont f lima categorija qlajta mux hekk.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Melvin jien imqabbad ma hadt……. nassigurak…. Iktar u iktar mal-Clubs tal-Football Malti …. Jien xoghli naghmel ghax jien gurnalist mhux reporter…. jekk taf x’hini d-differenza tifhimni imma niddubita kemm taf ghaliex kieku ma kontx tikteb dan il-kumment – sandro

    [Reply]

  3. kevin says:

    sandro suppost skond l-etika tal-gurnalist ma tamilx pressjoni fuq l-mfa la dan il-kaz ghadu pendenti.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Kevin int min int biex titkellem dwar l-etika tal-gurnalisti ? L-etika tal-professjoni tieghi nafa sew u kont involut sahansitra fit-tfassil tar-regolamentazzjoni taghha. Irrabja ghall-Hal Balzan u ghall-MFA mhux ghalija. JIen gurnalist mhux reporter. Jekk trid taqrax din is-site u tidholx fiha hawn hafna iktar sites tajba f’Malta dwar il-Football Malti u nissugerilek toqod tara dawk mhux is site taghna. sandro

    [Reply]

  4. Kevin F says:

    Xorta ghall isfel ta hal balzan….Ghal xejn ser tipprovaw taqbdu ma kull tibna!!

    [Reply]

  5. ic-che says:

    Ara Vera xejn sew biex tipprotesta fuq hekk…

    irid jkollok naqra wiccek ma jisthiex! Mind you minhiex supporter ta’Hamrun pero il-vera dizgustanti! Irbah fuq il-pitch jekk ghandek u mhux fuq mejda! 

    [Reply]

    salvu Reply:

    qabez il-professur karkariz… imma kif dejjem trid tizzattat minalik tifhem f kollox. Jekk Hamrun kisru regolament u Balzan indunaw sew jaghmlu jipprotestaw. Misshom il-kumitat tal-hamrun iccekja naqa l-affarijiet qabel ma laghbu. Balzan sewwa ghamlu li pprotestaw anke b rispett lejn is-supporters taghhom. Inkella ir-rgoli setghu ma jeziztux. Che ara kieku ipprotestaw bkara kont tikteb prosit u xeba paroli fil-vojt

    [Reply]

Leave a comment