Ħamrun Spartans ġew megħluba mill-ġirien tagħhom Pieta Hotspurs

Thursday, August 29, 2013, 13:50

minn Stephen Azzopardi

Tkompli l-Powerade Cup b’żewġ logħbiet oħra.  Zejtun Corinthians u Gudja United ġew dro ta’ 1-1.  Glenn Tanti poġġa liż-Żwieten fil-vantaġġ, filwaqt li Carlo Orlando reġa’ ġabhom indaqs għall-Gudja.

It-tim ospitanti Ħamrun Spartans ġew megħluba mill-ġirien tagħhom Pieta Hotspurs, bl-iskor ta’ 3-2.  Ricardo Costa poġġa lil Pieta fil-vantaġġ fit-18 –il minuta iżda ħames minuti wara Ayrton Micallef ġab id-dro.  Fit-32 minuta Raphael Alain Kooh Sohna reġa’ poġġa lil Pieta fil-vantaġġ.  Larson Mallia fit-73 minuta għamilhom 3-1, filwaqt li Antonio Pignataro naqqas id-distakk għall-Ħamrun.

B’talba tal-klabbs parteċipanti, it-turnament se jkompli nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru b’dawn il-logħbiet:

19:00 Hamrun Spartans vs Gżira United

21:00 Msida St. Joseph vs Gudja United.

Il-finali għat-tielet u r-raba’ post se tintlagħab nhar il-Ħamis 5 ta’ Settembru fid-21:00 u l-finali għall-ħames u s-sitt post tintlagħab fl-istess ġurnata fis-19:00.  Il-finali hija skedata għas-Sibt 7 ta’ Settembru fis-19:30.





Leave a comment