Ħamrun S. jiċċelebraw il-Ġublew tal-fidda tan-Nursery bir-rebħ tad-Double

Tuesday, May 29, 2012, 9:22

minn Victor Ciangura – The Malta Independent

Hamrun s   2     Paola H  1 

Quddiem folla kbira fil-Luxol Grounf Hamrun S rebhu l-ewwel unuri fl-istorja tan-Nursery wara li aktar kmieni fl-istagun rebhu s-Section A tal-Under 17.

Hamrun kienu l-ahjar team fl-ewwel taqsima billi holqu aktar azzjonijiet minn Paola H. Huma marru fil-vantagg fl-20 minuta meta minn corner ta’ Gennaro Camilleri, il-player ta’ Paola H Rednor Farrugia, f’attent li jbieghed il-periklu xellef il-ballun fix-xibka tieghu stess billi tefa l-ballun wara l-goalkeeper Rudy Briffa.

Paola H kisbu l-goal tad-draw seba minuti wara l-mistrieh hekk kif Darren Siberras dahal fil-kaxxa l-kbira wara li evita difensur u b’xutt fil-baxx gheleb lill goalkeeper Hamruniz Jean Claude De Battista.

Wara dan il-goal Hamrun tilfu ghall xi mument l-koncentrazzjoni izda mall him tjiebu w anke rnexxilhom jiskurjaw il-goal tar-rebha seba minuti mill hin regolamentari meta Rodney Rafalo ta’ pass fit-tul lill Ryan Spiteri u dan tal-ahhar skorja gmiel ta’ goal minn 25 metru w ma ta’ l-ebda cans lill Briffa jsalva.

Fit-tielet minuta tal-hin mizjud il-player ta’ Paola H Andre’ Camilleri gie muri l-karta l-hamra wara li ghadda xi rimarki lill player avversarju.

Ir-referee tal-partita kien Ishmael Barbara mghejjun fuq il-linji minn Ingmar Spiteri u William De Battista.

Wara l-loghba Is-Robert Attard, L-Ufficjal inkarigat mill-Fixtures tal-Youth FA pprezenta midalji lill players taz-zewg teamijiet w anke lill ufficjali tal-loghba, u t-Tazza tan-Knock Out lill-Captain tal-Hamrun Ryan Spiteri kif ukoll it-Tazza tas-Section lil vice Captain Jean C De Battista.

Tajjeb ngħidu li din il-finali fuq inizzjattiva ta’ Victor Ciangura ġiet iffilmjata mill-PBS.

 

 





Leave a comment