Ħamrun jikkjarifikaw u jikkritikaw lill-Pulizija

Wednesday, November 3, 2010, 10:59

Ħamrun Spartans għal darb’oħra ddeploraw l-inċidenti li nqalgħu waqt il-logħba Ħamrun vs Floriana. Minkejja dan kollu Hamrun Spartans jixtiequ jiċċaraw xi ineżattezzi li dehru fl-istampa lokali wara li xi nies ġew mresqa l-Qorti.  Mill-ħames persuni li ġew imresqa l-Qorti tnejn biss huma membri fil-Kumitat tal-Klabb, ieħor huwa membru fis-supporters Klabb u l-oħrajn huma ndividwi.
 
Minn naħa taż-żewg membri tal-Klabb u l-membru fis-supporters Club, kategorikament ngħamel dikjarazjoni illi dawn kienu nvoluti biss waqt l-inċidenti meta ntervjenew sabiex ir-rissa jew konfuzjoni li nqalgħet tiġi mwaqqfa jew kontrollata.  Fl-ebda mument dawn il-membri tal-Kumitat kienu qedgħin ikunu ta’ problema għaż-żamma tal-paċi.  Kienu huma li ppruvaw jgħinu lill-Pulizija sabiex l-inċidenti ma jeskalawx.  Dawn ntervenew wara li s-supporter li qabez fl-area projbita reġa’ tħalla jaqbez lura għal man-nies. 

Kieku l-Pulizija żammet lil-dan is-supporter kompliet tgħid l-istqarrija ta’ Ħamrun u ddaħħal mit-tunnel lejn id-dressing rooms, ma kien jinqala’ ebda inċident minn dak li nqala.





Leave a comment