- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ħames Rekords Nazzjonali Fil-Throwing Events

Posted By Sportinmalta On March 9, 2016 @ 12:57 pm In Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Numru rekord ta’ rekords nazzjonali fil-throwing events fil-Matthew Micallef St. John Athletics Stadium, is-Sibt 13 ta’ Frar matul Pre-Season 2, fejn inkissru xejn anqas minn 5 rekord fil diversi kategoriji, minn cadet sa open, f’tal-irġiel u ta’ nisa.

Ir-riħ qawwi minn quddiem ukoll għen fl-events bħal javelin u discus sabiex l-atleti li kienu jafu jagħmlu użu tajjeb minnu, setgħu kisbu riżultati tajbin.

Ir-rekords ġodda miksuba kienu dawn:

  • Sarah Chouhal ta’ AS Libertas fil-hammer throw, ketegorija cadets – 37.12m
  • Karol Spiteri ta’ Savio AC fil-discus throw, kategorija youth – 38.82m
  • Luca Martini ta’ La Salle fil-hammer throw, kategorija intermediate – 42.24m
  • Joanne Vella ta’ Pembroke Athleta fil-javelin, kategorija open – 41.86m
  • Luke Farrugia ta’ Pembroke Athleta fil-javelin, kategorija open – 45.99m

Riżultati tajbin ħafna inkisbu ukoll min Mario Mifsud, Rachid u Antonella Chouhal fil-hammer throw, Catriona Cuschieri, Antonella Chouhal u Mario Mifsud fil-discus throw u Martina Borg fil-javelin throw.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hames-rekords-nazzjonali-fil-throwing-events/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.