Ħames plejers Maltin fil-kampjonat tat-Table Football fl-Italja

Monday, February 28, 2011, 15:48
Massimo Cremona (left) in action

Massimo Cremona (left) in action

Fi tmien il-gimgha gewwa Chianciano Terme, intlghab l-ewwel round tal-league Taljan tas-Serie A u Serie B.

Hames players Maltin kienu nvoluti ma’ tliet klabbs differenti. Massimo Cremona mac-Champions Ewropej  F.illi Bari Reggiana, Samuel Bartolo ma’ CCT Roma waqt li fis-Serie B Joseph Mifsud, Hansel Mallia u Steve Austin ma’ Fiamme Azzure.

Kif kien mistenni F.illi Bari Reggiana flimkien mac-Champion renjanti Perugia u rebbieha tal-Coppa Italia Pisa bdew favoriti.

Wara li spicca l-ewwel round F.illi Bari Reggiana u Perugia jinsabu jaqsmu l-ewwel post b’20 punt segwiti minn Pisa 19pt, Roma u Milano 16pt, Bologna u Napoli 10pt, Bari 5pt, Urbino 3pt u fl-ahhar post Rieti 2pt.

Reggiana rebhu lil Bari 3-1, Rieti 2-1, Bologna 4-0, Napoli 3-1, Perugia 3-1, Milano 4-0, draws ma’ Urbino 1-1 u Roma 2-2 waqt li tilfu ma’ Pisa 0-3.

SERIE B.

Fis-Serie B Fiamme Azzure iddominaw l-ewwel fazi bi tmien rebhiet u draw wiehed u jinsabu favoriti netti biex jirbhu din id-divizjoni u l-promozzjoni meta ghandhom 25punt b’vantagg komdu ta’ sitt punti fuq it-tieni post Sessana b’19punt waqt li Torino u Biella ghandhom 18punt.

“Ghalkemm ninsabu naqsmu l-ewwel post ma’ Perugia u punt vantagg fuq Pisa kollox ghadu incert min ha jirbah il-kampjonat. Differenza ta’ erba’ punti hemm hames timijiet u kollox jista jigri. Nemmem biss li ahna nistu inzidu l-prestazzjonijiet taghna fit-tieni round u nsiru Champions ta’ l-Italia. – Rigward shabi l-Maltin kollha kienu fundamentali fir-rizultati tahhom. Samuel Bartolo ma’ CCT Roma waqt li fis-Serie B Joseph Mifsud u Hansel Mallia kienu l-ahjar players ta’ din id-divizjoni biex  Fiamme Azzure jinsabu fl-ewwel post. Dan jikkonferma il-livell gholi tat-table Football Malti.” Ikkummenta Cremona.

It-tieni round tal-League Taljan issir fis-16 u 17 ta’ April.





Leave a comment