- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ħames minuti fatali għall-Maltin

Posted By Sportinmalta On June 11, 2013 @ 2:51 pm In Featured,Football | No Comments

Minn Josef Galdes

Fid-debutt tagħhom fil-kwalifikazzjoni ghall-Euro taht il-21 sena ż-żagħżagħ Maltin imexxija mill-coach Ray Farrugia taw wirja mill-aqwa gewwa l-Polonja. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu ma infetahx bil-Maltin jikkontrollaw lil avversarji li ftit li xejn kienu perikoluzi.
Fit-tieni taqsima aktar m`għadda l-hin aktar il-Pollakki bdew jippanikaw u meta deher li l-partita kienet ser tispicca fi draw kellhom ikunu zewg fl-aħħar hames minuti, bl-ewwel wiehed jasal mal-85 minuta permezz ta` Milik u l-iehor fil-hin mizjud permezz ta` Chrapek.
Iż-żagħżagħ Maltin għandhom biex ikunu kburin bil-wirja u minn dan il-konfront daqstant difficli johorgu b`rashom mgħollija, għall-kumplament tal-partiti mill-istess kompetizzjoni.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hames-minuti-fatali-ghall-maltin/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.