Ħafna logħob u ħafna gowls fil-Futsal

Tuesday, October 28, 2014, 16:49

Matul il-ġimgħa li għaddiet, rega’ rritorna l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal.

Qrendi kienu mpenjati darbtejn, fejn fl-ewwel logħba tal-ġimgħa għelbu lil Mdina Knights bl-iskor ta’ 4-2 u lejn tmiem il-ġimgħa, Qrendi sfaw megħluba minn Luqa bl-iskor ta’ 5-0

Logħba oħra interessanti kienet dik bejn Naxxar Lions u Msida, li tat rebħa konvinċenti lil Naxxarin bl-iskor ta’ 6-3.

Lija Athletic ħadu r-raba’ rebħa minn erba’ logħbiet, meta għelbu lil Attard bl-iskor ta’ 5-1. B’hekk Lija baqgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Mellieħa.

F’aktar logħbiet, Mqabba għelbu lil Siggiewi bl-iskor ta’ 8-5, u B’bugia ġew megħluba minn Sirens bl-iskor ta’ 4-1.

Matul din il-ġimgħa kellna wkoll erba’ logħbiet mill-kampjonat Premier fejn Luxol u Balzan komplew iżommu posthom f’ras il-klassifika.

Luxol għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 6-2, b’doppjetti ta’ Florin Anton u William Barbosa u gowl kull wieħed għal Celino Alves u Tarek Ibrahim. Il-gowls Ħamruniżi waslu mingħand Michael Spiteri u Rogeriod Dos Santos Filho.

Balzan batew mhux ftit meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-3. Wara ħames minuti Glenn Bonello fetaħ l-iskor għal Balzan. Iżda tliet minuti wara, f’temp ta’ erba’ minuti Mosta għamluhom 3-1, permezz ta’ Ryan Buhagiar, James Mangion u Timothy Gingell. Balzan mill-ewwel irrispondew u dawru telfa f’rebħa fl-istess l-ewwel taqsima b’gowls ta’ Boicho Marev, Marco Conti u għal darb’oħra Glenn Bonello.

Rebħa qawwija ta’ Valletta fuq Gzira bl-iskor ta’ 13-2. Il-protagonist prinċipali kien Denis Di Maio li skurja mhux anqas minn sitt gowls. Għal

Valletta kellna wkoll doppjetta ta’ Xavier Saliba, gowls ta’ Cedric Sciberras, Brian Degura, Bryan Deguara, Dexter O’Brien u awtogowl ta’ Aurelio Burgio. Iż-żewġ gowls ta’ Gzira waslu minn Luke Stivala u Alessio Restuccia.

Fl-aħħarnett Swieqi United għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 6-4. Għal Swieqi kellna tripletta ta’ Zvezdan Vukovic u gowls għal Fredrik Johansson, Dario Zampa u Andrew Sammut Alessi.

Qormi naqsu l-iskor permezz ta’ Allen Medati, Juan Carlos Veira Peixoto u doppjetta ta’ Blendi Gockaj.

Matul din il-ġimgħa jkollna dawn il-logħbiet:

Għada

19:45 Mellieħa vs Naxxar Lions (L-Ewwel Diviżjoni)

21:15 Mdina Knights vs Attard (L-Ewwel Diviżjoni)

Il-Ħamis

19:45 Msida St. Joseph vs Lija Athletic (L-Ewwel Diviżjoni)

21:15 Luxol St. Andrews vs Zebbug Rangers (Premier)

Il-Ġimgħa

20:00 Gżira United vs Hamrun Spartans (Premier)

Is-Sibt

14:00 Swieqi United vs Mosta (Premier)

15:30 Qormi vs Valletta (Premier)

Il-Ħadd

11:30 Sirens vs Mqabba (L-Ewwel Diviżjoni)

13:00 Qrendi vs Siggiewi (L-Ewwel Diviżjoni)

14:30 Naxxar Lions vs B’bugia St.Peter’s (L-Ewwel Diviżjoni)





Leave a comment