Gzira United Youth Nursery

Thursday, September 20, 2012, 13:30

Gzira United FC Nursery tixtieq tinfurmakom li qed tilqa applikazzjonijiet għal tfal li jixtiequ jagħmlu parti mit-timijiet ta’ Under 7, 9, 11, 13.

Fil-gimgħat li għaddew in-Nursery ħatret lil Gordon Camilleri bħala Head Coach.

Gzira United FC Nursery tixtieq ukoll tħeggeg dawk iz-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu parti mit-timijiet ta’ l-Under 15 u l-Under 17 sabiex jirreġistraw.
It-training kollu matul l-istagun ser ikun qiegħed isir fl-iskola sekondarja tas-subien ġewwa l-Gzira fuq grawnds ta’ turf artificjali.

Għal aktar informazzjoni tistghu tikkuntattjaw lil Gordon Camilleri, Head Coach fuq 99845071.





Leave a comment