Gżira United Fc Youth Nursery – fej kulħadd għandu iċ-ċans li jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu fil-futbol

Wednesday, July 25, 2012, 16:17

Il-Futbol huwa logħoba sabiħa li ġġib magħha diversi emozzjonijiet, għodda tal-ħajja, saħħa, rikrejazzjoni u f’ċerti każijiet anki flus.  Fin-Nursery tal-Gżira United il-prijorita` tagħna mhiex li nerbħu it-trofej, iżda naħdmu ħafna sabiex it-tfal tagħna jieħdu pjaċir bil-logħoba tal-futbol b’kull sens.

Bħala kowċ, jien npoġġi fil-ġenb il-glorja personali u nipprova niffoka iktar fuq kif ser noħrog l-aqwa kwalitajiet minn kull tifel.  Fl-istaġun li ġej beħsiebni nħares il-quddiem sabiex nkompli naħdem fuq dak li bdejt.  Fis-sena li għamilt nahdem mat-tfal ta taħt il-15 il’sena tal-Gżira, irnexxieli nagħti diversi logħob kompetittiv fil-league Nazzjonali tal-Youth FA lit-tfal kollha li kelli miegħi, li jammontaw il-fuq minn 25 tifel.  Kull tifel kellu diversi opportunitajiet sabiex jagħti l-kontribut tieghu fit-tim.  It-titjib kien impressjonanti, u dawk it-tfal tal-club, flimkien ma tfal oħra ġodda li kellhom ftit opportunitajiet ma nurseries ohra, irnexxielna nilgħabu futbol sabiħ, nieħdu pjaċir u nġibu riżultati tajbin.  Barra li nqasna milli nerbħu s-sezzjoni ghal 3 punti biss, skond il-Rapport tad-Dixxiplina tal-Youth FA, irnexxielna niġu minn ta quddiem fis-sezzjoni tagħna u l-ħames min-nurseries ta` Malta kollha fejn tidħol dixxiplina u korrettezza.  It-tfal taghna gew edukati sabiex jirrispettaw lill-avversarji tagħhom u l-uffiċjali tal-logħoba f’kull sitwazzjoni.

Din il-filosofija ġiet introdotta fl-etajiet kollha fin-nursery, fejn riżultati simili ġew miksuba.  Dan kollu sar grazzi għall-investiment u dedikazzjoni, li n-nursery tal-Gżira, f’kollaborazzjoni mal-klabb ta’ Gżira United FC irnexxielom jagħtu speċifikament għat-tfal u l-logħoba tal-futbol.  Dan għadu biss il-bidu, u bil-Gżira United FC b’aspirazzjonijiet li fl-2013 narawom fl-għola divizjoni Maltija tal-Premier, l-affarijiet jidhru ferm promettenti.

In-nursery tal-Gżira ikkonfermat lill-coaches: Kevin Aquilina, Max Zammit, Simon Shead, Jason Mangani u James Tabone.  Riċentament in-nursery appuntat ukoll bħala Head Coach, lill-coach ta` esperjenza s-Sur Gordon Camilleri u Clayton Bonello bhala coach tal-Under 13.

Jekk ikun hemm xi hadd imwieled fis-snin 1998/1999 u anki etajiet ohra, u jkun interessat li jifforma parti minn dan il-progett ambizzjuz, jew għal informazzjoni ohra, jekk jogħġbu jikkuntatjana fuq:

prgziranursery@gmail.com jew lill-Head Coach Gordon Camilleri : 99845071





Leave a comment