Gzira jirbhu l-Powerade Cup

Tuesday, September 10, 2013, 9:05

minn Robert Busuttil

Gzira United rebhu edizzjoni ohra  tal-Powerade Cup wara li ghelbu lil Zejtun Corinthians 2-1. Il-loghba li ntlaghbet fil-Victor Tedesco Stadium fil-Hamrun offriet hafna emozzjonijiet u azzjonijiet lejn il-lasti avversarji.

Fl-20 minuta, Gzira United inghataw penalti u kien Christian  Cassar li mill-hdax –il metru fetah l-iskor  ghall-Maroons.

Fit-tieni taqsima il-veteran Simon Shead irdoppja ghal Gzira sabiex Adrian Carabott naqqas l-iskor ghall-Corinthians.

Fil-loghba ghat-tielet u r-raba’ post, Pieta Hotspurs ghelbu lil Gudja United 3-0 bi Clevon Frendo  jiftah l-iskor u Ricardo Costa jiskorja doppjetta sabiex spiccaw fit-tielet post.

Min-naha l-ohra Hamrun Spartans ghelbu lill-Imsida 2-1 sabiex kisbu l-hames post  tal-klassifika. Glenn Azzopardi u Justin Felice skorjaw ghall-Ispartans filwaqt li Ariel Laudisi minn penalty skorja l-gowl tal-bandiera ghal Misidjani.

Dan it-turnament serva mhux ftit ghall-kowcis rispettivi sabiex jippruvaw skemi u tattici godda hekk kif il-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni.





Leave a comment