Gżira Athleta waħedhom fit-tieni post fi tmiem it-tieni round

Tuesday, February 16, 2016, 18:58

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 58

Mellieħa Mr. Green 53

(11-18)(9-17)(24-11)(14-7)

Gżira Athleta temmew it-tieni round waħedhom fit-tieni post meta għelbu lil Mellieħa Mr. Green 58-53 biex għamlu d-double fuq l-istess avversarji. Mellieħa kellhom vantaġġ ta’ 15 –il punt fi tmiem it-tieni sessjoni però sofrew rimonta qawwija minn Athleta wara l-intervall. Mellieħa kienu mingħajr tlett players regolari meta kienu nieqsa Steve Sammut, Robert Loporto u Ben Aquilina. Mellieħa ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Emanuel Lupo u Michel Farrugia. Huma komplew b’żewġ three pointers minn Ian Terribile u minkejja li Athleta wieġbu bi trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici, Mellieħa temmew it-taqsima 18-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Mellieħa komplew jikkontrollaw il-partita u kellhom run ta’ 11-2 biex daħlu jistrieħu 15 –il punt minn fuq 35-20.

Fit-tielet sessjoni l-logħob kien maqsum fl-ewwel ħinijiet però Mellieħa żammew vantaġġ ta’ 12 –il punt meta kellhom trippla oħra minn Terribile flimkien ma’ Farrugia. Hawn Athleta ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 13-3 bi three pointers ta’ Luca Stefanovic u Stefan Vincic biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 44-46. Mellieħa reġgħu żiedu l-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar taqsima wara punti minn Clint Grixti flimkien ma’ Lupo. Athleta kellhom run oħra ta’ 7-0 bi trippla ta’ Martin Berisha biex marru 54-51 minn fuq. Mellieħa wieġbu b’basket ta’ Farrugia u meta Athleta kellhom l-aħħar pussess kien hemm foul ta’ Matthew Cauchi fl-aħħar sekonda tal-pussess li poġġa lil Athleta fuq il-free-throw line u Vincic ma falliex biex Athleta rebħu l-partita 58-53.

Gżira Athleta: J, Symmons, F. Mifsud Bonnici 10, J. Wait 1, J. Aquilina 6, L. Stefanovic 22,  M. Gauchi Montaldo 2, M. Berisha 7, D. Buhagiar, S. Vincic 6, M. Cilia, A. Baldacchino 2.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 3, M. Farrugia 18, I. Terribile 11, D. Miani 4, E. Lupo 14, M. Cauchi 3, B. Soler, P. Magro.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Alfred Carbonaro.

Starlites Naxxar 67

St. Nicholas Suns 53

(12-12)(18-13)(18-13)(19-15)

Starlites baqgħu mingħajr telfa f’dan l-istaġun meta għelbu lil St. Nicholas Suns 67-53. Suns kienu mingħajr diversi players fejn kienu nieqsa Keith Scicluna u Brent Liebe flimkien ma’ Louis Camilleri u Simon Cauchi fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Suns bdew tajjeb u marru 8-3 minn fuq wara punti minn Robert Camilleri. Wara time-out, Starlites irkupraw u kellhom il-punti ta’ Miguel Falzon u ġabu l-iskor indaqs bi trippla ta’ Ivan Mitrovic għal skor ta’ 12-12. Suns reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara punti minn Hubert Agius u Reno Camilleri. Starlites għaddew minn mument tajjeb sġeċjalment Mitrovic li kellhu tlett three pointers oħra biex daħlu jistrieħu 30-25 minn fuq.

Wara l-intervall, Suns reġgħu waslu sa’ punt ‘l bogħod 31-32. Starlites mill-ġdid kellhom it-three pointers minn Mitrovic, Anthony Schembri u Alec Felice Pace u minkejja li Suns kellhom il-punti ta’ Agius u Michael Barberi għal skor ta’ 48-38. Starlites fetħu l-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 9-1. L-aħħar sforz tas-Suns wassalhom għal break ta’ 9-0 bi trippla ta’ John Paul Antoncic però Starlites kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Mitrovic biex rebħu l-partita 67-53.

Starlites: A. Schembri 7, C. Doublet, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri, M. Falzon 6, A. Felice Pace 11, I. Mitrovic 30, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 13.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 18, M. Barberi 5, JP Antoncic 12, R. Camilleri 7, R. Camilleri 11.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

8

8

0

16

593

522

Athleta

8

5

3

13

487

488

Mellieħa Mr. Green

8

4

4

12

527

491

Phoenix Frank Salt

8

2

6

10

482

514

St. Nicholas Suns

8

1

7

9

419

493





Leave a comment