Gżira Athleta vs Victoria u Starlites GIG vs Siġġiewi fil-play-offs

Thursday, April 4, 2019, 22:00

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 95

Depiro 40

(12-6)(28-10)(27-15)(28-9)

Gżira Athleta temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel fażi b’rebħa fuq Depiro 95-40 biex issa Depiro huma eleminati u l-konfront bejn Siġġiewi u Victoria Libertas irid jiddeċiedi min se jtemm il-klassifika fit-tielet u r-raba’ post għall-play-offs. L-ewwel sessjoni kient bilanċjata fejn Depiro kienu fuq quddiem fl-ewwel ħinijet però mal-ħin Athleta ħadu l-vantaġġ wara baskets minn Francesco Mifsud Bonnici u Julian Wait hekk kif huma għamlu run ta’ 9-2 biex temmewha 12-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-coach Peter Farrugia bidel il-players kollha iżda Athleta xorta komplew iżidu l-vantaġġ. Wara run ta’ 6-0, kien hemm il-punti ta’ Depiro minn Andy Attard u Miguel Mallia biex id-distakk niżel għal 5 punti 19-14. Hawn Athleta ħadu l-partita f’idejhom u għamlu run sabiħa ta’ 21-2 b’punti minn Joshua Aquilina, Eric Abela, Michele Laferla u trippla ta’ Mifsud Bonnici biex daħlu jistrieħu 40-16 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta komplew bi 8 punti oħra mingħajr risposta minn Nicolo Guida u Mifsud Bonnici. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Mallia li kellhu wkoll trippla qabel mal-Athleta reġgħu għamlu break ta’ 13-2 biex temmew is-sessjoni 67-31 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni ma kienx hemm storja bl-Athleta jkollhom break qawwi ta’ 18-0 b’diversi punti ta’ Aquilina u Mattew Gouder biex finalment ħadu it-tnax ir-rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 95-40.

Gżira Athleta: J. Aquilina 14, F. Mifsud Bonnici 13, M. Laferla 12.

Depiro: M. Mallia 23

Siġġiewi 74

Victoria Libertas 69

(19-13)(17-16)(15-17)(23-23)

Siġġiewi kisbu l-aħħar rebħa fl-ewwel fażi kontra Victoria Libertas biex issa se jkunu huma li jispiċċaw fit-tielet post u jiltaqgħu kontra Starlites GIG fil-waqt li Libertas jiltaqgħu kontra Athleta. Kellna nistennew sa’ tard Il-Ħamis fl-għaxija biex nikkonfermaw dan ir-riżultat peress li fi tmiem il-partita kien reġistrat protest minn Libertas li però ma kienx milqugħ. Il-partita kellha bidu bilanċjat tant li kien hemm parita ta’ 8-8 fl-ewwel minuti. Wara Siġġiewi għamlu run ta’ 11-3 biex temmew is-sessjoni 19-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu Libertas fetħu bil-punti minn Enrico Lanzi u Michael Giusti bis-Siġġiewi jwieġbu bi trippla ta’ Billy Zammit flimkien ma’ Alex Novakovic biex żammew il-vantaġġ. Libertas naqqsu d-distakk għal punti wara run ta’ 8-2 però Siġġiewi wkoll kellhom break bl-istess punteġġ biex daħlu jistrieħu 36-29 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kienu Libertas li kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Giusti u Christian Briffa fejn għamlu run ta’ 12-4 biex marru minn fuq 41-40. Ir-risposta ta’ Siġġiewi waslet bi three pointers ta’ Quentin Bugeja flimkien ma’ Zammit biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 51-46. Fl-aħħar sessjoni reġgħu kienu Libertas li fetħu bi break ta’ 11-0 b’żewġ three pointers ta’ Matthew Binder. Wara time-out, Siġġiewi rkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 11-2 għal skor ta’ 64-59. Libertas tħabtu biex jerġgħu jieħdu l-vantaġġ però l-aktar li waslu kien sa’ tlett punti biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 74-69.

Siġġiewi: A. Novakovic 30, Q. Bugeja 15.

Victoria Libertas: C. Briffa 24, M. Binder 14

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni  FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

12

12

0

24

1015

747

Starlites GIG

12

8

4

20

845

801

Siġġiewi

12

4

8

16

852

878

Victoria Libertas

12

3

9

15

715

872

Depiro

12

3

9

15

746

875

 

 





Leave a comment