Gżira Athleta u Starlites ikomplu jerbħu

Monday, March 18, 2019, 16:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 82

Siġġiewi 74

(20-14)(11-23)(29-17)(22-20)

Gżira Athleta kisbu l-għaxar rebħa tal-kampjonat meta f’partita ta’ skor għoli għelbu lil Siġġiewi 82-74. Siġġiewi kienu mingħajr il-coach Karl Borg  u użaw biss sitt players fil-waqt lil Athleta kellhom nieqsa lil Francesco Mifsud Bonnici u Matthew Gouder. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb u marru 12-7 minn fuq però Athleta kellhom risposta permezz ta’ Nicolo Guida li kien ta xewka kontinwa għal Siġġiewi tul il-partita kollha. Athleta komplew bil-punti ta’ Julian Wait u Jonathan Ransley biex temmew il-perjodu 20-14 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bl-aħjar mument ta’ Siġġiewi fil-partita speċjalment bil-punti ta’ Hubert Agius u Milan Nedic u rnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ seba’ punti. Id-dħul ta’ Nathan Xuereb għen lill-Athleta jibdew jirkupraw però Siġġiewi daħlu jistrieħu 37-31 minn fuq.

Wara l-intervall Athleta temmew ir-rimonta tagħhom meta bi trippla ta’ Xuereb fetħu break ta’ 11-2. Huma komplew b’żewġ three pointers oħra minn Xuereb u Luca Stefanovic flimkien ma’ run oħra ta’ 8-2 biex temmew it-taqsima 60-54 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Athleta bdew bi tlett baskets oħra mingħajr risposta però Siġġiewi kellhom sensiela ta’ free-throws biex naqqsu  d-distakk għal 5 punti 63-68. Punti ta’ Stefanovic u Guida reġgħu raw lil Athleta jiftħu vantaġġ b’figuri doppji u din id-darba kkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 82-74.

Athleta: N. Guida 32, N. Xuereb 18

Siġġiewi: A. Novakovic 21, H. Agius 20

Depiro 53

Starlites GIG 80

(13-23)(17-15)(14-26)(9-16)

Starlites GIG kisbu rebħa oħra din id-darba kontra Depiro biex komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika. Depiro ppruvaw jirkupraw minn bidu diffiċli però wettqu diversi turnovers u fit-tielet u r-raba’ sessjoni kellhom isofru l-pressjoni ta’ Starlites. Fil-fatt it-team ta’ Sandro Farrugia ma setgħux ikollhom bidu aħjar meta għamlu l-ewwel 16 –il punt mingħajr risposta. Depiro bdew jirrispondu u kellhom it-trippli minn Andy Attard u Miguel Brincat però Starlites ukoll kellhom trippla minn Matthew Scerri flimkien mal-punti ta’ Ian Felice Pace u Miguel Fabri biex temmew is-sessjoni 23-13 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Depiro rnexxielhom jaslu sa’ basket ‘l bogħod wara żewġ trippli oħra ta’ Brincat. Hawn Starlites irkupraw u għaqqdu break ta’ 9-2 u sal-intervall irnexxielhom jerġgħu jmorru 38-30 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, kien hemm break ieħor ta’ 16-5 minn Starlites li komplew isaħħu l-vantaġġ tagħhom minkejja t-tibdil tal-coach tagħhom. Lejn it-tmiem kien hemm trippla fuq kull naħa biex Starlites għalqu s-sessjoni 20 punt minn fuq 64-44. Fl-aħħar sessjoni l-partita kienet deċiża hekk kif Starlites fetħu b’run oħra ta’ 14-0 b’diversi fast breaks u kien biss lejn it-tmiem li Depiro rnexxielhom inaqqsu xi ftit id-distakk b’run ta’ 9-2 hekk kif Starlites rebħu l-partita 80-53.

Depiro: M. Brincat 20, A. Attard 13

Starlites: N. Stojanovski 27.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

10

10

0

20

842

649

Starlites GIG

10

7

3

17

719

663

Siġġiewi

11

3

8

14

778

809

Depiro

11

3

8

14

706

780

Victoria Libertas

10

3

7

13

586

730

 





Leave a comment