Gżira Athleta u Floriana MCP Car Parks jikkwalifikaw flimkien ma’ Cynergi Depiro

Friday, December 9, 2016, 16:22

Tazza Louis Borg Irġiel

minn Colin Schembri

Kemm Cynergi Depiro li kienu kisbu rebħa ta’ 69 punt fl-ewwel leg, Gżira Athleta Floriana MCP rebħu t-tieni partita biex ikkwalifikaw għas-semi-finali. Magħhom jingħaqdu t-team mit-tieni diviżjoni Siġġiewi St. Nicholas. Fis-semfinali Depiro kontra Athleta u Floriana kontra Siġġiewi.

Cynergi Depiro 68

Starlites 64

(11-15)(24-14)(23-15)(10-20)

Wara r-rebħa ta’ 69 punt fl-ewwel partita ma kien hemm l-ebda dubju għal Depiro li se jiksbu l-kwalifikazzjoni u l-coach Paul Ferrante dawwar ħafna players biex serraħ players importanti għas-semifinali ta’ jumejn oħra kontra Athleta. Starlites kellhom prestazzjoni aħjar mill-ewwel partita minkejja li għal darb’oħra spiċċaw fuq in-naħa telliefa. Depiro bdew bi trippla minn David Bugeja u u żammew vantaġġ sa’ nofs l-ewwel sessjoni però Starlites kellhom il-punti minn Alec Felice Pace u trippli minn Ivan Mitrovic u Jacob Formosa biex temmew l-ewwel taqsima 15-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Bugeja għamel run personali ta’ 8-0 b’żewġ three pointers flimkien ma’ trippla ta’ Andrew Aquilina biex Depiro marru 24-22 minn fuq. Starlies kellhom żewġ baskets minn Felice Pace u Formosa biex reġgħu ħadu l-vantaġġ però Depiro għalqu t-taqsima bi break ta’ 11-3 biex daħlu jistrieħu 35-29 minn fuq.

Wara l-intervall Depiro bdew b’seba’ punti mingħajr risposta minn Robert Bonnici u DJ Mason. Trippla ta’ Mitrovic waqqfitilhom din ir-run qabel ma Bonnici  Kurt Xuereb kabbrulhom il-vantaġġ. Starlites naqqsu d-distakk minn trippla ta’ Anthony Schembri bid-Depiro jagħlqu b’sitt punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Aquilina għal skor ta’ 58-44. Fl-aħħar perjodu b’ħafna players ta’ fuq il-bank ta’ Depiro, Starlites approfittaw minkejja li l-coach Alfred Mifsud ħalla l-players barranin fuq il-bank. Huma kellhom run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Felice Pace biex resqu viċin però Depiro baqgħu fuq quddiem sat-tmiem u rebħu l-partita 68-64 biex għaddew b’aggregate ta’ 187-114.

Cynergi Depiro: N. Grech, D. Bugeja 15, R. Bonnici 8, D. Schembri, A. Aquilina 11, DJ Mason 7, T. Zammit 8, M. Mallia 2, A. Quiroz 2, K. Xuereb 3, M. Borg 4, D. Scafidi 8.

Starlites: I. Mitrovic 8, M. Azzopardi, L. Vella,  A. Schembri 8, C. Schembri, M. Falzon 4, A. Felice Pace 17, Z. Stankovic, J. Formosa 15, N. Stankovic 6, M. Vella, T. Grech 6.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic, Brian Sly.

Hibernians 63

Gżira Athleta 90

(18-19)(11-22)(12-31)(14-18)

L-ewwel sessjoni tat indikazzjoni li din il-partita se terġa’ tkun kumbattuta bħal ma kienet fl-ewwel leg però mit-tieni sessjoni ‘l quddiem Gżira Athleta bdew jiddominaw u għalqu l-partita fit-tielet sessjoni u għaddew b’aggregate score ta’ 171-140. Fl-ewwel taqsioma Hibs żammew il-pass mall-avversarji u f’ċertu waqtiet kienu wkoll fuq quddiem hekk kif huma fetħu l-partita bi trippla ta’ Luke Farrugia. Athleta kellhom it-trippli ta’ Peter Shoults, frisk mill-fatt li sar missier għat-tieni darba u ħadu vantaġġ li żammewh sat-tmiem is-sessjoni 19-18. Athleta fetħu t-tieni perjodu b’sitt punti oħra minn Roderick Vella u Josiah Whitehead. Hibs wieġbu bit-tieni trippla ta’ Farrugia flimkien ma’ Marco Matijevic u Alvaro Lizaur biex reġgħu naqqsu d-distakk għal punt. Hawn Athleta kellhom run tajba ta’ 12-3 bi trippla ta’ David Camilleri biex baqgħu sejrin u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 41-29.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin biex Athleta żammew il-vantaġġ. Wara punti konsekuttivi minn Michael Naudi u trippla oħra ta’ Camilleri, Hibs irrispondew b’baskets minn Matijevic u Adrian Micallef. Hawn Athleta kellhom run oħra ta’ 18-2 b’diversi punti ta’ Vella, Naudi u Whitehead fost l-oħrajn biex fetħu vantaġġ qawwi ta’ 31 punt 72-41. Bil-partita issa deċiża, ż-żewġ coaches taw spazju lil players ta’ fuq il-bank. Madankollu Athleta komplew b’run oħra ta’ 12-2 bi trippli minn Vella u Billy Zammit. Hibs għalqu l-partita bi break ta’ 13-0 biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bl-Athleta joħorġu rebbieħa 90-63.

Hibernians: P. Attard, M. Houmpton, A. Micallef 4, L. Farrugia 10, S. Attard 10, I. Bonett 2, K. Sultana, R. Carabott 4, M. Matijevic 14, S. Vella, F. Mariani 2, A. Lizaur 17.

Gżira Athleta: M. Naudi 23, R. Vella 15, D. Camilleri 10, L. Stefanovic, P. Shoults 12, B. Zammit 9, J. Bos, S. Vincic, M. G. Montaldo 1, J. Whitehead 20.

Referees: Gordon Barbara, Christine Farrugia, Erkan Ozpolat.

Bupa Luxol 45

Floriana MCP Car Parks 55

(18-14)(6-7)(12-12)(9-22)

Din il-partita kienet l-aktar waħda missielta għalkemm ta’ skor baxx speċjalment fit-tieni taqsima. Kien biss fl-aħħar perjodu li Floriana serrħu rashom mill-kwalifikazzjoni u issa bil-polza tlaqqahom mat-team tat-tieni diviżjoni Siġġiewi St. Nicholas huma favoriti netti li jiksbu post fil-finali. Floriana fetħu b’żewġ trippli ta’ Shawn Pace biex marru minn fuq però Luxol wieġbu bil-punti ta’ Jean Paul Schembri flimkien ma’ CJ Cordina u William Ahlberg. Luxol baqgħu fuq quddiem hekk kif sat-tmiem it-taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin għal skor ta’ 18-14. Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet nixfu mill-punti hekk kif kien hemm ħafna shooting żbaljat u turnovers fuq iż-żewġ naħat. L-Amerikan Pierce Cumpstone għamel it-tlett basktes ta’ Luxol fil-waqt li Floriana wieġbu b’basket u trippla ta’ Chad Patus u basket ta’ Pace biex Luxol daħlu jistrieħu 3 minn fuq 24-21.

Fit-tielet taqsima Luxol kabbru l-vantaġġ għal 8 punti wara trippli minn Schembri u Cumpstone u kienu wkoll 3 minn fuq bl-aggregate. Floriana wieġbu bil-baskets ta’ Anton Axiaq i trippla oħra ta’ Pace biex għal darb’oħra naqqsu d-distakk għal 3 punti li kien biżżejjed għalijhom biex jikkwalifikaw.  Fl-aħħar perjodu però Floriana kienu dominanti hekk kif bdew b’run ta’ 9-0 bir-raba’ trippla ta’ Pace. Bir-risposta ta’ Luxol ma tasalx, Floriana komplew b’run oħra ta’ 11-2 biex fetħu vantaġġ komdu u rebħu l-partita 55-45 u għaddew b’aggregate score ta’ 129-114.

Bupa Luxol: CJ Cordina 8, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 6, K. Dimech 2, W. Ahlberg 7, P. Cumpstone 18, S. Cappello 4.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 13, D. Agius, S. Pace 17, S. Borg 2, N. Vasovic 6, C. Calleja 10, A. Axiaq 7.

Referees: Gordon Barbara, Christine Farrugia, Erkan Ozpolat.





Leave a comment