Gżira Athleta rebħa ‘l bogħod mill-finali u Luxol jippareġjaw

Monday, April 10, 2017, 19:18

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 44

Gżira Athleta 61

(16-15)(8-12)(14-11)(6-23)

Gżira Athleta kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex

Ritratt: Wally Galea

serrħu rashom mir-riżultat u kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-play-offs u issa jonqoshom rebħa biex jieħdu post fil-finali. Depiro kellhom wirja tajba sat-tielet sessjoni però ħassew in-nuqqas ta’ Sam Brincat li ma komplietx il-partita b’injury. Ħafna aktar huwa mistenni mill-Amerikana Carlee Schumacher li kellha biss 3 baskets u lanqas approfittat minn nuqqas momentarju ta’ Amelia Simmons li kellha tinbidel bir-raba’ foul. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Denise Said Hollier. Depiro wieġbu b’sensiela ta’ punti minn Maria Bonett flimkien ma’ Brincat u trippla ta’ Gaby Mifsud biex temmew it-taqsima punt minn fuq 16-15. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Depiro bdew bi trippla ta’ Brincat però Athleta il-punti ta’ Simmons biex reġgħu marru minn fuq. Għal darbtejn, Depiro għamlu l-iskor indaqs però Simmons kompliet bil-punti tagħha biex Athleta daħlu jistrieħu 27-24 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kienet Christina Grima li kellha l-punti għall-Athleta biex kompliet tkabbrilhom il-vantaġġ. Depiro ma ċedewx u trippla ta’ Brincat bdietilhom rimonta li biha ġabu l-iskor indaqs 36-36 u t-taqsima ntemmet f’parita 38-38. Fl-aħħar sessjoni Grima u Simmons reġgħu fetħu tajjeb għall-Athleta però Depiro rrispondew bil-punti ta’ Schumacher u Brincat. Hawn però Brincat ma setgħetx tkompli l-partita u Athleta kellhom run qawwija ta’ 16-0 fosthom trippla ta’ Zammit u diversi punti ta’ Grima, Said Hollier u Simmons biex ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 61-44.

Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 4, M. Balzaraviciute, S. Brincat 16, M. Bonett 10, M. Micallef, N. Agius,  M. Scicluna, C. Schumacher 8, J. Xuereb 2, T. De Martino, C. Ciantar 2.

Gżira Athleta: M. Stefanovic, C. Grima 26, B. Zammit 3, S. Pisani, L. Sciberras 2, A. Simmons 23, D. Said Hollier 7, A. Borg, J. Schembri, S. Vella 6, A. Debenay, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Starlites 54

Caffè Moak Luxol 55

(14-11)(14-21)(15-9)(11-14)

Three pointer ta’ Christina Curmi rriżulta deċisiv għac-champions Caffè Moak Luxol kontra Starlites li b’hekk kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fis-semi-finali kontra Starlites f’partita oħra missielta. Luxol irkupraw lil Ina Baena Medina li kienet tilfet l-ewwel partita. Starlites fetħu tajjeb bi trippli ta’ Kristy Galea biex marru 10-4 minn fuq. Luxol irrispondew bil-punti ta’ Attirah Munir u Sarah Pace però kienu Starlites li għalqu s-sessjoni minn fuq wara baskets ta’ Josephine Grima u Stephanie Davies. Luxol irkupraw fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta bdew b’ħames punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Pace. Starlites wieġbu bi break ta’ 8-2 bl-ewwel punti ta’ Patricia Arguello. Hawn ic-champions kellhom run ta’ 12-3 li bdewha bi trippla oħra ta’ Pace u ghalquha b’oħra ta’ Steffi De Martino biex daħlu jistrieħu 32-28 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol kabbru l-vantaġġ wara punti ta’ Pace u De Martino. Starlites kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita bi break ta’ 15-2 bi trippla ta’ Arguello u tnejn ta’ Galea biex marru 43-37 minn fuq. Luxol għalqu t-taqsima b’erba’ punti minn Paula Ellul u Mandi Mercieca għal skor ta’ 43-41 favur Starlites. Fl-aħħar taqsima l-emozzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom u għal tlett darbiet Luxol marru minn fuq u Starlites ippareġjaw. Luxol marru ħamsa minn fuq b’basket ta’ De Martino u trippla ta’ Curmi. Starlites tħabtu u għamlu żewġ baskets konsekuttivi minn Samantha Farrugia però ma kienx għad fadal ħin biex Luxol ħadu nifs qawwi u ħadu r-rebħa 55-54.

Starlites: K. Galea 19, J. Doughty 3, S. Farrugia 8, D. Revol, K. Pirotta, J. Micallef, J. Grima 9, P. Arguello 11, E. Magrin, S. Davies 4, A. Lupo.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, M. Mercieca 6, A. Munir 10, I. Baena Medina 2, S. De Martino 19, C. Sollami, P. Ellul 2, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin, C. Curmi 5.

Referees: Emanuel Mangani, Ivica Simic, Igor Marjanovic.

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment