- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta lura għar-rebħ

Posted By sportinmalta1 On February 8, 2018 @ 4:39 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 107

Starlites GIG 66

(26-16)(27-26)(31-11)(23-13)

Gżira Athleta  malajr irritornaw għar-rebħ wara t-telfa ta’ ritratt: wally galeanhar Il-Ħadd meta kisbu rebħa komda fuq Starltires GIG 107-66. Startlites kienu għelbu lil Athleta fil-logħob tas-shield aktar kmieni matul l-istaġun però minn dak in-nhar it-team tal-Athleta ssoda ferm speċjalment bl-Amerikan Jon Feiler li kull partita qiegħed juri l-klassi tiegħu. Players bħal Ivan Mitrovic, Peter Shoults u Omar Said draw iktar lil xulxin u ankè min jidħol minn fuq il-bank bħal Billy Zammit, Nathan Xuereb u oħrajn ikollhom kontribut tajjeb. Starlites kellhom diversi players neqsin għal raġunijiet varji però ftit setgħu jżommu l-pass minkejja li meta Athleta kienu milqutin bil-fouls taw indikazzjoni differenti. Athleta għal darb’oħra kellhom jagħddu mingħajr Michael Naudi u Francesco Mifsud Bonnici. L-ewwel minuti tal-partita kienu bilanċjati b’punti fuq kull naħa minn Xuereb u Feiler għall-Athleta u Mitchell Brewe u Robert Bonnici għal Starlites. Hawn però Athleta kellhom l-ewwel run soda tagħhom ta’ 14-2 b’punti u dunks ta’ Feiler, Shoults li kellhu wkoll assists perfetti u Said. Minkejja li Starlites waqqfuhom b’żewġ baskets, Athleta rrrispondew bi trippli ta’ Xuereb u Mitrovic għal skor ta’ 26-16. It-tieni taqsima wkoll kellha bidu bilanċjat bi Starlites ikollhom trippla ta’ Shawn Pace flimkien ma’ Brewe. Athleta wieġbu b’run ta’ 10-0 li għalquha bi trippla oħra ta’ Xuereb u komplew biex kabbru l-vantaġġ għal 20 punt 50-30. Hawn Ray Muscat għamel xi bidliet minħabba l-fouls u Starlites daħlu lura fil-partita b’run ta’ 12-0 b’diversi punti ta’ Brewe flimkien ma’ Bonnici qabel ma trippla ta’ Zammit għalqet is-sessjoni fuq skor ta’ 53-42.

Fit-tielet perjodu, Starlites kellhom bidu diffiċli hekk kif wettqu sensiela ta’ turn-overs. Athleta ma ħafrux u għamlu run ta’ 14-0 kważi kollha minn Feiler. Starlites finalment wieġbu b’żewġ baskets ta’ Brewe però hawn bdew ġejjin ukoll sensielta ta’ three pointers minn Athleta permezz ta’ Mitrovic u Zammit biex żiedu d-distakk għal 31 punt 84-53. Fl-aħħar sessjoni saru diversi bidliet b’Ray Muscat jagħti ħin fuq il-court lil players kollha li kellhu. Hawn waslu punti minn Shoults li kien hu li għaqqad il-mitt punt hekk kif Starlites bdew jitilfu wkoll il-players bil-ħames foul. Il-partita ntemmet bl-aħħar punti tal-Athleta minn Feiler u Luca Stefanovic għal skor ta’ 107-66.

Gżira Athleta: B. Zammit 10, P. Shoults 15, L. Stefanovic 1, O. Said 12, S. Saakian, N. Xuereb 14, S. Vincic, I. Mitrovic 13, J. Feiler 42.

 

Starlites GIG: S. Pace 8, R. Bonnici 15, A. Schembri 1, S. Borg 4, A. Felice Pace 9, R. Carabott, O. Psaila, M. Brewe 29.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

6

5

1

11

495

440

Hibs

6

4

2

10

482

435

Bupa Luxol

6

4

2

10

521

459

Cynergi Depiro

5

1

4

6

349

401

Starlites

5

0

5

5

354

466


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-lura-ghar-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.