- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta lura għar-rebħ u Hibs jerġgħu jegħlbu lil Starlites

Posted By sportinmalta1 On February 19, 2018 @ 5:13 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa 

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 59

Gżira Athleta 68

(13-11)(17-21)(16-18)(13-18)

Gżira Athleta rnexxielhom finalment jegħlbu lic-champions Caffè Moak Luxol fejn tawhom l-ewwel telfa minn meta rreġistraw lill-Amerikana Maria Brown u Christina Grima. Athleta dehru aktar determinati u żammew kalmi meta fit-tielet sessjoni Luxol marru minn fuq. Iż-żewġ timjiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom b’Ina Baena Medina tibqa nieqsa għal Luxol. Athleta fetħu bil-punti tal-Amerikana Amelia Simmons u Leanne Duncan meta għamlu l-ewwel 5 punti tal-partita. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Sarah Pace, rebbieħa tal-BOV player tax-xahar ta’ Jannar. Simmons u Beverlee Zammit kabbru l-vantaġġ tal-Athleta qabel ma Luxol għamlu break ta’ 9-2 bil-punti ta’ Brown u Cristina Sollami biex ħadu vantaġġ ta’ basket 13-11. Fit-tieni sessjoni kienu Athleta li għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Antoinette Borg flimkien ma’ Denise Said Hollier u Sharon Vella però trippla ta’ Kay Portelli għamlet l-iskor indaqs 20-20. Il-kumplament tal-punti tal-Athleta f’din it-taqsima ġew minn Simmons u Duncan li reġgħu tawhom vantaġġ ta’ 5 punti qabel ma Martina Darmanin wieġbet għal Luxol biex fl-intervall Athleta kellhom vantaġġ ta’ basket 32-30.

Fit-tielet perjodu Luxol fetħu tajjeb u għamlu run ta’ 8-3 biex marru minn fuq. Simmons kellha l-punti tal-Athleta qabel ma’ żewġ baskets ta’ Christina Curmi raw lic-champions jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti 42-37. Ir-risposta tal-Athleta waslet b’run ta’ 11-2 li għalquha bi trippla ta’ Julia Schembri u minkejja l-punti ta’ Christina Grima u Brown għal Luxol, Athleta temmew is-sessjoni 50-46 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Luxol reġgħu resqu viċin bil-punti ta’ Brown u Sollami. Athleta ħadu n-nifs meta wieġbu bi break qasir ta’ 7-2 però għal darb’oħra, Luxol ġew lura permezz ta’ Grima u Brown u naqqsu d-distakk għal basket 59-61. Athleta kellhom three pointer importanti minn Antoinette Borg bil-Luxol jitilfu b’injury lil Pace. Luxol ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls iżda l-Athleta għamlu l-aħħar free-throws minn Simmons u Duncan biex ħarġu rebbieħa 68-59.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, Ni. Vella, No. Vella, C. Grima 14, K. Portelli 7, L. Caruana Montaldo, M. Brown 12, C. Solllami 8, M. Darmanin 3, C. Curmi 8.

 

Gżira Athleta: B. Zammit 2, N. Hili, S. Davies, L. Duncan 17, A. Simmons 21, D. Said Hollier 4, A. Borg 12, J. Schembri 5, S. Vella 7, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Nicky Azzopardi, Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibernians 61

Starlites GIG 55

(16-9)(15-19)(9-9)(21-18)

Ġimgħa wara li rebħulhom darbtejn fit-tazza Louis Borg,

Ritratt: Wally Galea

Hibernians reġgħu għelbu lil Starlites GIG u mill-ġdid rebħulhom b’sitt punti 61-55 biex kisbu l-ħames rebħa kontrijhom minn daqstant partiti. Sandro Farrugia kellhu jagħddi mingħajr Silvia Gambino però Sam Brincat għal darb’oħra mexxiet it-team hekk kif l-Amerikana Rachel Kehoe kompliet talterna l-wirjiet tagħha. Starlites kellhom lura lil Lindsey Pirotta li ħadet post Emma Magrin. Starlites fetħu l-partita b’żewġ three pointers minn Patricia Arguello u Jean Doughty. Ir-risposta tal-Hibs ġiet b’run ta’ 9-0 mibdi minn Brincat flimkien ma’ trippla ta’ Elena Cassar. Starlies wieġbu bi tlett punti qabel ma Hibs kabbru d-distakk permezz ta’ free-throws minn Cassar u Sophie Abela għal skor ta’ 16-9. Fit-tieni perjodu l-punti kienu maqsuma fuq iż-żewġ naħat. Starlites fetħu b’run ta’ 14-3 permezz ta’ Samantha Farrugia u Arguello li kellhom trippla kull waħda biex marru 4 minn fuq 23-19. Hibs irrispondew, l-ewwel permezz ta’ puinti konsekuttivi ta’ Brincat u komplew b’run ta’ 9-3 biex daħlu jistrieħu 3 minn fuq 31-28.

Wara l-intervall il-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat hekk kif kien hemm diversi turn-overs u shooting żbaljat. Hibs bew billi kabbru l-vantaġġ għal 8 punti 38-30 wara trippla ta’ Cassar. Starlites irkupraw u kellhom il-punti ta’ Hayley Acreman u Farrugia flimkien ma’ trippla ta’ Arguello biex reġgħu naqqsu d-distakk 37-40. Fl-aħħar sessjoni, Hibs fetħu bi trippla ta’ Brincat qabel ma Starlites għamlu sforz ieħor b’run ta’ 7-0 bil-punti ta’ Michela Zammit Cordina u Arguello biex marru minn fuq 44-43. Hibs irkupraw u t-three pointers ta’ Brincat u Naomi Farrugia rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 4 punti 57-53. Hibs komplew bil-free-throws ta’ Abela hekk kif Starlites bdew iwaqqfu l-arloġġ biex ħadu r-rebħa 61-55.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 9, S. Brincat 21, I. Agius 2, J. Abela, S. Abela 10, K. Caruana 1, N. Farrugia 9, R. Kehoe 4, M. Said, J. Scerri 2.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 6, K. Galea 5, J. Doughty 5, S. Farrugia 8, H. Acreman 4, D. Revol, M. Riolo, L. Pirotta 3, P. Arguello 24, M. Cutajar, S. Davies, A. Lupo.

Referees: Gordon Barbara, Ivica Simic, Miklos Rajzki. 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

7

4

3

11

374

402

Hibs

6

4

2

10

337

288

Caffe Moak Luxol

7

3

4

9

382

383

Gżira Athleta

6

3

3

9

335

336

Depiro

6

2

4

8

298

317


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-lura-ghar-rebh-u-hibs-jergghu-jeghlbu-lil-starlites/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.