Gżira Athleta lura fl-ewwel post

Monday, January 30, 2017, 18:57

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

Caffè Moak Luxol 64

Starlites 58

(10-20)(13-12)(16-8)(25-18)

B’wirja mill-aqwa wara l-intervall ic-champions Caffè Moak Luxol taw l-ewwel telfa lil Starlites fil-kampjonat. Luxol għarfu jrażżnu l-periklu ewlieni ta’ Starlites, Patricia Arguello u llimitawha għal 13 –il punt fl-ewwel taqsima. Steffi De Martino u Sarah Pace bejniethom qasmu 40 punt mill-64 li għamlu Luxol. Starlites kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta fetħu bi tlett baskets minn Arguello. Sarah Pace kisbet l-ewwel punti ta’ Luxol iżda Starlites reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Josephine Grima u Patricia Arguello u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti fi tmiem l-ewwel taqsima 20-10. Fit-tieni perjodu Luxol tjiebu u resqu viċin bi trippla ta’ Pace flimkien mal-punti ta’ De Martino u l-Amerikana Attirah Munir. Però Starlites taw daqs kemm qalgħu bil-baskets ta’ Samantha Farrugia u Danielle Agius fost l-oħrajn biex fl-intervall kienu għadhom 9 minn fuq 32-23.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu Starlites dehru li se jkomplu jikkontrollaw il-partita meta fetħu bi tlett baskets konsekuttivi minn Stephanie Davies. Hawn però Luxol kellhom run qawwija ta’ 16-2 b’diversi punti ta’ De Martino u Pace biex id-distakk niżel għal punt bi Starlites fuq quddiem 40-39. Luxol komplew għaddejin fil-ftuħ tal-aħħar perjodu hekk kif komplew b’run oħra ta’ 9-0. Starlites finalment wieġbu b’basket ta’ Farrugia però Luxol kellhom il-punti ta’ Munir u De Martino biex baqgħu 11 –il punt minn fuq 54-43. Starlites ppruvaw jerġgħu jirkupraw b’sensiela ta’ three pointers minn Jean Doughty, Grima u Davies però Luxol baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 64-58.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 15, C. Borg Millo, A. Munir 13, I. Baena Medina 4, N. Vella, S. De Martino 25, K. Calleja, A. Calleja, M. Caruana, L. Caruana Montaldo, M. Darmanin, C. Curmi 7.

Starlites: D. Agius 4, K. Galea 2, J. Doughty 4, S. Farrugia 14, J. Melecic, D. Revol, J. Micallef, J. Grima 11, P. Arguello 13, E. Magrin, S. Davies 10, A. Lupo.

Referees: Igor Marjanovic, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 54

Depiro 48

(23-5)(11-18)(2-16)(18-9)

Gżira Athleta irkupraw mit-telfa li ħadu fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Starlites meta għelbu lil Depiro 54-48 biex reġgħu telgħu fl-ewwel post. Athleta kellhom bidu mill-aqwa u minkejja li kellhom sessjoni diżastruża wara l-intervall, reġgħu rkupraw fl-aħħar waħda biex rebħu l-partita. Iż-żewġ timijiet kellhom l-istess formazzjoni tal-aħħar ħarġiet bl-eċċezjoni ta’ Hayley Acreman li rritornat għal Depiro. Athleta ħasdu lil Depiro b’bidu qawwi fejn wara li marru 4-2 minn fuq, huma komplew bi break qawwi ta’ 19-0 fejn kellhom it-trippli ta’ Christina Grima u Beverlee Zammit flimkien mal-punti tal-Amerikana Amelia Simmons. Depiro wieġbu biss lejn it-tmiem b’punti minn Sam Brincat u Carlee Schumacher biex Athleta kienu 23-5 minn fuq. Depiro bdew aħjar fit-tieni taqsima bi trippli minn Brincat u Gaby Mifsud però Athleta rrispondew bil-punti ta’ Simmons u Leanne Sciberras biex baqgħu jżommu vantaġġ doppju 30-15. Qabel il-mistrieħ, Depiro kellhom il-punti ta’ Maria Bonett biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 23-34.

Fit-tielet taqsima l-istorja nbidlet hekk kif l-Athleta donnhom baqgħu fid-dressing room u kellhom biss basket wieħed minn Simmons. Dan il-basket wasal bejn żewġ runs minn Depiro ta’ 9-0 u 8-0 b’żewġ trippli ta’ Mifsud biex Depiro fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 39-36. It-team imexxi minn Ruth Spiteri rkupra fl-aħħar taqsima meta bdew b’run ta’ 11-2 b’aktar punti ta’ Simmons u marru sitta minn fuq 47-41. Brincat wieġbet għal Depiro però żewġ trippli ta’ Grima u Zammit serrħu ras Athleta li rebħu l-partita 54-48.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 2, C. Grima 12, B. Zammit 6, S. Pisani, L. Sciberras 6, A. Simmons 23, D. Said Hollier 2, A. Borg, J. Schembri, S. Vella 3, E. Pace, C. Mifsud.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 13, H. Acreman, S. Brincat 13, M. Bonett 13, C. Camilleri, N. Agius, M. Scicluna, C. Schumacher 9, J. Xuereb, T. De Martino, C. Ciantar.

Referees: Christine Farrugia, Igor Marjanovic.

Depiro 59

Caffè Moak Luxol 62

(8-17)(18-19)(9-19)(24-7)

Depiro kellhom wirja mill-aqwa fl-aħħar taqsima però ma kienitx biżżejjed għalijhom biex jaqilbu r-riżultat biex ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu r-raba’ rebħa tagħhom tal-kampjonat wara r-rebħa fuq Starlites tlett ijiem qabel. Luxol kellhom lura fit-team lil Paula Ellul wara nuqqas ta’ diversi partiti. Luxol fetħu tajjeb u kisbu l-ewwel tmien punti tal-partita b’żewġ trippli ta’ Steffi De Martino. Depiro wieġbu bi tlett punti qabel ma Luxol komplew b’run ta’ 11-3 fejn għal Depiro kien hemm trippla ta’ Sam Brincat għal skor ta’ 17-8. It-tieni taqsima kienet aktar missielta fejn l-Amerikana ta’ Depiro Carlee Schumacher finalment bdiet toħroġ il-potenzjal tagħha b’diversi rebounds u punti. Luxol ukoll kellhom il-punti minn Attirah Munir, Christina Curmi flimkien ma’ De Martino biex daħlu jistrieħu 10  minn fuq 36-26.

It-tielet taqsima bdiet bil-punti fuq kull naħa qabel ma Luxol reġa’ kellhom run ta’ 10-0 bi trippla ta’ De Martino u l-punti ta’ Munir u Ina Medina. Depiro waqqfuhom bit-tieni trippla ta’ Nicole Agius iżda Luxol kellhom sitt punti oħra bi three pointer minn Medina għal skor ta’ 55-35. B’vantaġġ ta’ 20 punt, Luxol dehru fil-kontroll tal-partita iżda Schumacher kellha ħsibijiet oħra hekk kif għamlet run ta’ 9 punti mingħajr risposta fl-ewwel minuti. Ic-champions waqqfuhom bil-punti ta’ De Martino li però kellha tħalli l-court ftit wara b’injury. Depiro komplew iżidu l-logħob tagħhom b’aktar punti ta’ Schumacher flimkien ma’ trippla ta’ Gaby Mifsud u l-punti ta’ Brincat u Claire Ciantar. Depiro għal darbtejn waslu sa’ basket ‘l bogħod iżda qatt ma rnexxielhom jagħmlu s-sorpass biex Luxol għalqu l-partita bil-punti ta’ Sarah Pace u ħarġu rebbieħa 62-59.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 4, H. Acreman, S. Brincat 5, M. Bonett 4, C. Camilleri, N. Agius 6, M. Scicluna, C. Schumacher 32, J. Xuereb, T. De Martino 2, C. Ciantar 6.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 2, L. Caruana Montaldo, A. Munir 15, I. Baena Medina 12, N. Vella, S. De Martino 25, K. Portelli, A. Calleja, P. Ellul 2, M. Darmanin, C. Curmi 6.

Referees: Christine Farrugia, Igor Marjanovic.

Hibs 65

 

Gżira Athleta 67

(19-20)(11-22)(11-16)(24-9)

Hibs ukoll kienu viċin li jwettqu rimonta mill-aqwa fejn

Ritratt: Wally Galea

saħansitra kellhom l-aħħar pusess li seta’ sforza l-ħin barrani però Naomi Farrugia marret għat-three point shot u ma rnexxielix tagħti r-rebħa lil Hibs. Athleta kienu mingħajr Milica Stefanovic u Elena Pace. L-ewwel sessjoni kienet ferm bilanċjata biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin kontinwament. Athleta kellhom it-trippli minn Christina Grima flimkien mal-punti ta’ Leanne Sciberras u Amelia Simmons. Hibs irrispindew bil-baskets tal-Amerikana Trudy Armstead flimkien ma’ Maria Said u Silvia Gambino għal skor ta’ 20-19. Fit-tieni perjodu, Hibs ħadu l-vantaġġ wara three pointers minn Gambino u Elena Cassar. Hawn però Athleta kellhom run qawwija ta’ 18-2 bi trippli minn Beverlee Zammit, Simmons u tnejn oħra minn Grima u sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 42-30.

L-aħħar taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet fejn wara li Athleta għamlu l-ewwel żewġ baskets minn Grima, Hibs wieġbu bi break ta’ 9-2 bi trippla oħra ta’ Cassar biex naqqsu d-distakk 39-48. Reġgħu kienu Athleta li għalqu s-sessjoni bl-aħjar mod meta kellhom run ta’ 10-2 b’punti minn Simmons, Grima u trippla ta’ Sciberras għal skor ta’ 58-41. Fl-aħħar taqsima Hibs bdew b’run mill-aqwa ta’ 17-3 fejn kellhom it-trippli ta’ Gambino u Farrugia flimkien ma’ Armstead li kellha diversi offensive rebounds. Hibs waslu sa’ punt ‘l bogħod 65-66 wara baskets minn Armstead. Simmons għamlet free-throw minn tnejn bil-ballun jasal għand Farrugia li ppruvat it-three pointer li ma daħalx biex Athleta rebħu l-partita 67-65.

Hibs: E. Cassar 12, S. Gambino 13, I. Agius, M. Said 5, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia 3, T. Armstead 25, A. Marinkovic, J. Scerri 7.

Gżira Athleta: C. Grima 27, B. Zammit 3, S. Pisani, L. Sciberras 11, A. Simmons 23, D. Said Hollier, A. Borg 1, S. Vella 2, C. Mifsud.

Referees: Igor Marjanovic, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

6

4

2

10

354

338

Caffe Moak Luxol

5

4

1

9

316

295

Starlites

4

3

1

7

212

208

Depiro

6

1

5

7

328

360

Hibs

5

1

4

6

276

285

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment