Gżira Athleta kontra Mellieħa u Siġġiewi kontra Marvels fil-play-offs

Monday, February 27, 2017, 18:28

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

L-aħħar ġurnata tal-ewwel fażi tal-kampjonat iddeterminat is-semifinali tal-play-offs li se jibdew il-Ħamis 2 ta’ Marzu. Il-favoriti netti Gżira Athleta li rebħu t-tnax il-partita se jiltaqgħu kontra Mellieħa fil-waqt li Siġġiewi St. Nicholas jiltaqgħu kontra Marvels Power Plus.

Starlites 39

Marvels Power Plus 69

(8-16)(8-22)(9-11)(14-20)

Fl-aħħar dehra tagħhom fil-kampjonat dan l-istaġun, Starlites ippreżentaw formazzjoni b’diversi żagħżagħ bil-coach Alfred Mifsud juża din il-partita qabel partiti mportanti mill-kampjonati tal-juniors. Marvels bdew bl-ewwel seba’ punti tal-partita. Hawn Starlites wieġbu għall-punti ta’ Marvels b’dawn tal-aħħar jagħmlu ħames punti oħra għal skor ta’ 16-8. Fit-tieni perjodu, Marvels bdew bi break ieħor ta’ 10-2 bil-punti ta’ Christian Briffa u Jonathan Ransley. Starlites sabu diffukulta biex jagħmlu l-punti u Marvels komplew iżidu l-vantaġġ b’run ta’ 12-4 bi trippla minn David Garcia biex daħlu jistrieħu 38-16 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Garcia fetaħ bi trippla oħra flimkien mal-punti ta’ Ransley u Rueben Curmi. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Mirco Azzopardi li kellhu wkoll trippla però l-vantaġġ ta’ Marvels żdied għal 24 punt 49-25. Marvels komplew jikkontrollaw il-partita fl-aħħar taqsima, għalkemm Starlites kellhom it-three pointers minn Luca Vella u Azzopardi. Sa’ tmiem il-partita, kien hemm żewġ runs qosra ta’ 6-0 minn Marvels u bejniethom Starlites kellhom ukoll il-punti tagħhom biex Marvels temmew il-partita b’rebħa ta’ 30 punt 69-39.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 14, L. Vella 9, A. Schembri 4, M. Vella, A. Xuereb 4, I. Felice Pace 4, Q. Bugeja 4, A. Cutajar, M. Scerri.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi, D. Massa, D. Pisani 8, R. Curmi 8, D. Debattista 4, K. Maruda 8, D. Garcia 8, C. Briffa 20, J. Ransley 9, A. Toompere 4.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

Siġġiewi St. Nicholas 56

Mellieħa Tritones 44

(16-14)(11-11)(17-8)(12-11)

Mellieħa kellhom bżonn rebħa minn din il-partita biex jevitaw ir-raba’ post tal-klassifika u semifinali kontra l-Athleta. Il-partita kienet bilanċjata sal-intervall b’basket wieħed jifred liż-żewġ timijiet però fit-tielet sessjoni Siġġiewi kellha run ta’ 12-0 biex issiġillaw ir-rebħa. Siġġiewi bdew il-partita bil-punti ta’ Gabriel Agius u marru 8-1 minn fuq. Ir-risposta ta’ Mellieħa ġiet b’żewġ baskets ta’ Robert Loporto però Siġġiewi wieġbu bi trippla minn Roberto Alosco però Clint Grixti wkoll għamel trippla għal Mellieħa għal skor ta’ 16-14. Fit-tieni taqsima Siġġiewi kellhom run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Konstantinos Arvanitakis flimkien ma’ Hubert Agius. Mellieħa wkoll wieġbu bi break ta’ 7-0 mibdi bi trippla ta’ Michel Farrugia u fl-intervall Siġġiewi kienu basket minn fuq 27-25.

Fit-tielet taqsima trippla oħra ta’ Farrugia ressqet lil Mellieħa punt ‘l bogħod però hawn waslet ir-run deċisiva ta’ Siġġiewi bi tnax –il punt mingħajr risposta biex fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 44-33. Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Mellieħa rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 10 punti però Siġġiewi kienu fil-kontroll tal-partita u ħadu r-rebħa 56-44.

Siġġiewi St. Nicholas: JP Antoncic 2, K. Scicluna 12,  H. Agius 13, G. Agius 12, R. Alosco 8, R. Camilleri, R. Camilleri, J. Camilleri 2, K. Arvanitakis 7.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 13, M. Farrugia 11, R. Loporto 8, D. Miani 5, S. Aquilina 5, J. Muscat, B. Soler 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

12

12

0

24

911

569

Siġġiewi St. Nicholas

12

7

5

19

715

660

Marvels Power Plus

12

5

7

17

628

694

Mellieħa Mr. Green

12

4

8

16

612

671

Starlites

12

2

10

14

553

825





Leave a comment