Gżira Athleta kontra Depiro u Luxol kontra Starlites fil-play-offs

Thursday, March 23, 2017, 17:03

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 65

Starlites 54

(9-11)(12-14)(20-19)(24-15)

Gżira Athleta kisbu r-rebħa li kellhom bżonn biex spiċċaw l-ewwel fażi fl-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Starlites 65-54. Il-partita ħadet żvolta favur l-Athleta fl-aħħar taqsima bid-dħul ta’ Christina Grima fl-aħħar 9 minuti fejn dawwru żvantaġġ ta’ disa’ punti. Starlites għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita bl-Athleta jwieġbu bi trippla ta’ Leanne Sciberras u punti ta’ Amelia Simmons. Starlites ukoll kellhom trippla minn Kristy Galea flimkien ma’ Jaelle Micallef u Patricia Arguello għal skor ta’ 11-9. Fit-tieni taqsima għal ħin twil il-logħob  kien maqsum biż-żewġ timiiet jirrispondu lil xulxin. Trippla ta’ Arguello rat lil Starlites jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti però Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Simmons u Denise Said Hollier u fl-intervall Starlites kienu 25-21 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta bdew bit-trippli ta’ Milica Stefanovic u Beverlee Zammit u marru punt minn fuq 32-31. Starlites wieġbu bi break ta 8-2 bi trippla ta’ Arguello biex temmew is-sessjoni 44-41 minn fuq. Starlites fetħu vantaġġ ta’ 8 punti fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni 49-41 wara trippla ta’ Kim Pirotta. Hawn daħlet Christina Grima u sensiela ta’ punti konsekuttivi tagħha fosthom żewġ trippli poġġew lil Athleta fuq quddiem. Kien hemm risposta minn Galea għal Starlites però l-aħħar punti tal-partita ġew minn Simmons u Antoinette Borg u Athleta rebħu l-partita 65-59.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 6, C. Grima 17, B. Zammit 6, L. Sciberras 11, A. Simmons 19, D. Said Hollier 4, A. Borg 2, J. Schembri, S. Vella, A. Debonay, C. Mifsud.

Starlites: D. Revol, K. Galea 5, J. Doughty 8, S. Farrugia, K. Pirotta 5, J. Micallef 8, J. Grima 11, P. Arguello 19, E. Magrin, S. Davies 3, A. Lupo.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic, Ivica Simic.

Hibs 65

Depiro 55

(12-16)(18-18)(15-11)(20-10)

Wara t-telfa ta’ Starlites fil-partita ta’ qabel, rebħa għal Depiro kienet tfisser li huma jispiċċaw fit-tielet post u jevitaw lill-Athleta fis-semifinali. Dan però ma seħħx hekk kif Hibs kienu determinati li jtemmu l-istaġun b’rebħa u rnexxielhom jagħmlu dan b’wirja tajba speċjalment fl-aħħar taqsima. Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa bid-Depiro jkomplu bi break ta’ 13-4 b’żewġ trippli minn Maria Bonett u Sam Brincat. Hibs kellhom risposta minn Trudy Armstead u Iona Agius però Depiro temmew it-taqsima 16-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs marru fuq quddiem hekk kif kellhom it-three pointers minn Ema Micallef u Naomi Farrugia. L-Amerikana ta’ Depiro Carlee Schumacher għamlet ir-raba’ foul u kellha tiġi mibdula però kien hemm il-punti ta’ Bonett u Gaby Mifsud li ħallew lil Depiro b’erba’ punti vantaġġ fl-intervall 34-30.

Fit-tielet taqsima, Hibs għamlu l-iskor indaqs bil-punti ta’ Armstead u Elena Cassar. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat però Hibs komplew jagħmlu l-punti minn Armstead u trippla ta’ Silvia Gambino. Depiro rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs qabel intemmet it-taqsima bil-baskets ta’ Nicole Agius u Bonett 45-45. Fir-raba’ taqsima, Hibs ħasdu lil Depiro b’run ta’ 10-0 bi trippla ta’ Kim Portainer Mifsud. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Brincat però Hibs komplew b’sitt punti oħra biex żiedu l-vantaġġ 61-47. Lejn it-tmiem, Depiro kellhom żewġ three pointers oħra minn Brincat u Bonett però ma kienux biżżejjed għal Depiro biex isalvaw il-partita u Hibs ħarġu rebbieħa 65-55.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 9, S. Gambino 12, I. Agius 2, K. Caruana 2, N. Vella, K. Portainer Mifsud 3, N. Farrugia 3, T. Armstead 28, J. Scerri 3.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 5, M. Balzaraviciute, S. Brincat 16, M. Bonett 13, N. Agius 4,  M. Scicluna, C. Schumacher 10, J. Xuereb, T. De Martino 4, C. Ciantar 3.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia, Jennifer Mangani.

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

12

9

3

21

744

687

Caffe Moak Luxol

12

9

3

21

714

663

Starlites

12

5

7

17

644

677

Depiro

12

4

8

16

649

691

Hibs

12

3

9

15

685

718

Il-play-offs jibdew il-Ħadd 2 t’April bl-ewwel żewġ semi-finali.





Leave a comment