Gżira Athleta jsaħħu t-tieni post

Tuesday, January 12, 2016, 18:09

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 47

Gżira Athleta 54

(8-10)(14-13)(13-15)(12-16)

Gżira Athleta saħħew it-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil St. Nicholas Suns 54-47 biex għamlu double fuq l-istess avversarji. Suns kellhom nieqsa lil Louis Camilleri, Roberto Alosco u Simon Cauchi. Athleta ħadu l-okkażjoni li kellhom diversi players tagħhom bil-vaganzi u ħadu sehem f’din il-partita bħal Soufian Hagul, Matthew Gouder u Benoit Bartolo però kienu nieqsa Martin Krastev, Daniel Buhagiar u Martin Berisha. Suns għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita minn Hubert Agius u JP Antoncic. Athleta wieġbu b’10 punti konsekuttivi bi trippli minn Luca Stefanovic u Stefan Vincic u temmew l-ewwel sessjoni 10-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-partita kienet kumbattuta biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin. Suns ħadu vantaġġ wara punti minn Brent Liebe, Agius u Barberi. Athleta reġgħu wieġbu bi trippla ta’ Gouder u lejn it-tmiem marru minn fuq għal darb’oħra bil-punti minn Adrian Baldacchino u Hagul għal skor ta’ 23-22.

Wara l-intervall, Athleta bdew bi trippla ta’ Stefanovic però Suns irnexxielhom jagħmlu run ta’ 11-3 fosthom trippla ta’ Antoncic biex fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 33-29. Athleta reġgħu rkupraw u kellhom il-punti ta’ Joel Symmons u t-tielet trippla ta’ Stefanovic u temmew it-taqsima 38-35 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Athleta kellhom aktar punti minn Stefanovic flimkien ma’ Gouder u Mark Cilia. Suns tħabtu biex inaqqsu d-distakk hekk kif kellhom il-punti ta’ Keith Scicluna però Athleta għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Francesco Mifsud Bonnici għal skor ta’ 54-47.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 10, H. Agius 7, M. Barberi 13, J.P. Antoncic 9, R. Camilleri, R. Camilleri 2, B. Liebe 6.

Gżira Athleta: S. Hagul 2, F. Mifsud Bonnici 5, J. Wait, M. Gouder 11, L. Stefanovic 18,  M. Gauchi Montaldo, J. Symmons 4, J. Aquilina 3, B. Bartolo 3, S. Vincic 5, M. Cilia 2, A. Baldacchino 4.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Phoenix Frank Salt 66

Starlites 70

(14-23)(22-14)(16-11)(14-22)

Phoenix Frank Salt offrew sfida denja lil leaders tal-klassifika Starlites fejn sal-aħħar ħinijiet kienu minn fuq 64-63 però Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ lejn tmiem il-partita. Phoenix kienu mingħajr Gary Micallef, Joshua Anastasi, Antoine Costa u Andras Toompere. Starlies ukoll kellhom players importanti nieqsa hekk kif kienu mingħajr Miguel Falzon, Jacob Formosa u Thomas Grech. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ bl-ewwel punti ta’ Ivan Mitrovic li reġa’ kien protagonist b’37 punt. Starlites komplew bit-three pointers tagħhom hekk kif kellhom 2 minn Alec Felice Pace u minkejja li Phoenix kellhom il-punti minn Marco Vucinic u Christian Briifa, Starlites temmew is-sessjoni 23-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Phoenix naqqsu d-distakk wara trippla minn Vucinic però Mitrovic reġa’ rrisponda għal Starlites bi trippla oħra u kompla b’ħames punti konsekuttivi. Hawn wasal mument mill-aqwa għal Phoenix li għamlu run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Karl Borg u punti ta’ Clayton Camenzuli biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal punt 36-37.

Fit-tielet sessjoni Phoenix komplew bir-rimonta tagħhom u wara li għal darbtejn irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs b’baskets minn Jonathan Ransley u Vucinic, għamlu run 9-0 bi trippla oħra ta’ Vucinic biex marru minn fuq 52-45. Qabel intemmet it-taqsima Mitrovic kellhu trippla għal Starlites biex reġa’ naqqsilhom id-distakk 52-48. Fl-aħħar sessjoni kien hemm għal darb’oħra t-three pointers minn Mitrovic u Anthony Schembri biex naqqsu d-distakk. Schembri poġġa lil Starlites minn fuq iżda punti ta’ Borg u Briffa poġġew għall-aħħar darba lil Phoenix minn fuq. Starlites kellhom trippla mportanti minn Alex Cutajar u għalqu l-partita b’żewp free-throws oħra ta’ Mitrovic biex ħarġu rebbieħa 70-66.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 2, D. Pisani 13, R. Curmi, D. Debattista, C. Camenzuli 6, K.Borg 5, D. Massa, C. Briffa 10, K. Magri, J. Ransley 13, M. Vucinic 17.

Starlites: A. Schembri 10, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri 8,  A. Felice Pace 12, I. Mitrovic 37, A. Cutajar 3.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

5

5

0

10

358

307

Athleta

5

3

2

8

288

297

Mellieħa Mr. Green

4

2

2

6

290

257

St. Nicholas Suns

5

1

4

6

279

295

Phoenix Frank Salt

5

1

4

6

312

371





Leave a comment