Gżira Athleta jsaħħu t-tamiet tal-playoffs

Monday, February 17, 2020, 22:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

 minn Colin Schembri

Starlites GIG 35

Gżira Athleta 96

(19-22)(2-27)(8-22)(6-26)

Gżira Atheta pattew għat-telfa tal-ewwel round kontra Starlites meta rebħu l-partita tat-tieni round 96-35. Bl-inklużjoni tal-Amerikan Kwame Thompson, Athleta sa joffru sfida f’dan il-kampjonat fejn minkejja li kellhom diversi players neqsin il-coach Peter Farruga xorta kellhu skwadra ta’ 12 -il player. Iż-żewġ timijiet kellhom xi players neqsin peress li kienu jinsabu l-Maċedonja għal taħriġ mat-team nazzjonali ta’ taħt it-tmintax -il sena. Kienu Starlites li għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Mirco Azzopardi u Miguel Falzon. Athleta rrispondew bl-ewwel punti ta’ Thompson li kellhu wkoll trippla flimkien m’oħra ta’ Nadir Serafini u marru 13-7 minn fuq. Wara li Falzon u Azzopardi reġgħu poġġew lil Starlites fuq quddiem, punti ta’ Thompson u Alex Novakovic raw lill-Athleta jagħlqu l-perjodu minn fuq 22-19. It-tieni taqsima kienet storja differenti hekk kif Athleta ddominaw kompletament. Huma bdew b’run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Novakovic. L-uniku basket ta’ Starlites wasal minn Alex Xuereb hekk kif Athleta komplew b’run qawwija ta’ 19-0 b’aktar baskets ta’ Thompson, Serafini u Novakovic biex daħlu jistrieħu 49-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni ftit li xejn inbidel l-andament tal-logħba hekk kif wara żewġ baskets fuq kull naħa, Athleta għamlu run oħra ta’ 17-3 biex fetħu distakk ta’ 41 punt 70-29. L-istess ħaġa ġrat ukoll fl-aħħar taqsima fejn Athleta ddominaw u għamlu run ta’ 18-2 biex rebħu l-partita 96-35.

Starlites: M. Azzopardi 17

Athleta: K. Thompson 39, N. Buhagiar 14

Hibernians 64        

 

Fusion 86

(14-17)(18-20)(16-18)(16-31)

F’partita mill-isbaħ bejn żewġ timijiet ta’ fuq, Fusion għelbu lil Hibernians 86-64 u għalkemm l-iskor finali jista’ jagħti ħjiel ta xi rebħa faċli ta Fusion, kien biss fl-aħħar taqsima li huma ħadu l-partita f’idejhom. Hibs kellhom lil Sean Borg u Matthew Attard neqsin fil-faqt li David Garcia u Enrico Lanzi kienu nieqsa għal Fusion. Fusion kellhom bidu stupend meta għamlu break qawwi ta’ 17-1 b’diversi punti ta’ Nikola Bozovic, Nebojsa Komienic u trippla ta’ Nenad Trajkovic. Hibs ġew f’tagħhom u bdew rimonta permezz ta’ Kieron Caruana, Kurt Sultana u Paul Attard u kienu huma li għamlu run ta’ 13-0 biex sa’ tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 3 punti 14-17. Fit-tieni perjodu punti ta’ Bozovic ħallew lil Fusion 27-21 minn fuq. Hawn Caruana għamel tlett trippli wara xulxin biex għall-ewwel darba poġġa lil Hibs fuq quddiem 30-27. Fusion irkupraw u għamlu run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Bozovic u daħlu jistrieħu 37-32 minn fuq.

Wara l-intervall, Fusion kabbru l-vantaġġ għal 13 -il punt 49-36 hekk kif fetħu bi trippla ta’ Alex Veselinovic. Hibs wieġbu b’żewġ trippli ta’ Isaac Bonett però Fusion ukoll kellhom it-three pointers ta’Janko Jovancevic għal skor ta’ 55-48. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni, Fusion għamlu r-run deċisiva ta’ 14-2 bil-punti ta’ Bozovic u Antonio Ivankovic u fetħu vantaġġ ta’ 19 -il punt 69-50. Iż-żewġ timjiet bdew jirrispondu lil xulxin però l-vantaġġ ta’ Fusion kien komdu u baqgħu jikkontrollawh sat-tmiem hekk kif ħarġu rebbieħa 86-64.

Hibernians: K. Caruana 21, I. Bonett 16, L. Farrugia 15

Fusion: N. Bozovic 30, J. Jovancevic, A. Ivankovic 10

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Mellieha

7

6

1

13

610

419

Hibs

7

5

2

12

596

494

Fusion

7

5

2

11

539

412

Gżira Athleta

7

3

4

10

507

454

Depiro

6

3

3

9

282

351

Starlites GIG

7

2

5

9

485

591

Pyrinto

7

0

7

6

245

543

Depiro 2 walkovers vs Pyrinto,Fusion

 





Leave a comment