Gżira Athleta jsaħħu l-ewwel post u Hibernians b’rebħa mportanti

Monday, February 20, 2017, 22:16

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa

minn Colin Schembri

Starlites 61

Gżira Athleta 73

(16-16)(11-21)(16-15)(18-21)

Gżira Athleta kisbu s-sitt rebħa fil-kampjonat biex saħħew

Ritratt: Wally Galea

l-ewwel post tal-klassifika. Ġimgħa wara s-suċċess fit-tazza Louis Borg, huma reġgħu għelbu lil Starlites 73-61. Wara bidu bilanċjat fejn Starlites fetħu vantaġġ ta’ punt 5-4, Athleta kellhom run ta’ 10-0 bil-punti minn Leanne Sciberras, Amelia Simmons u Denise Said Hollier. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet b’żewġ trippli ta’ Patricia Arguello u punti minn Jean Doughty u Kim Pirotta u t-taqsima ntemmet f’parita 16-16. Fit-tieni taqsima, Athleta reġgħu fetħu qawwi fejn wara basket fuq kull naħa t-team ta’ Ruth Spiteri kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Beverlee Zammit u l-punti ta’ Christina Grima. Sa’ tmiem it-taqsima ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin biex Athleta żammew vantaġġ ta’ 10 punti fl-intervall 37-27.

Fit-tielet taqsima, Starlites reġgħu naqqsu d-distakk wara trippla minn Arguello u l-punti ta’ Kristy Galea. Athleta kellhom it-trippli minn Grima u hawn Starlites tilfu lil Josephine Grima b’injury. Huma xorta rnexxielhom li jnaqqsu d-distakk wara basket u trippla ta’ Pirotta. Fl-aħħar taqsima Starlies waslu sa’ ħames punti ‘l bogħod bl- Athleta jwieġbu bi trippla minn Denise Said Hollier. Aktar punti minn Grima, Simmons u Sharon Vella ħallew lill- Athleta b’vantaġġ komdu minkejja li Galea kellha sensiela ta’ free-throws għal Starlites. L-aħħar punti ġew minn Athleta bi trippla oħra ta’ Said Hollier flmkien ma’ Simmons biex ħarġu rebbieħa 73-61.

Starlites: D. Revol, K. Galea 14, J. Doughty 4, S. Farrugia 6, D. Agius 4, K. Pirotta 9, J. Micallef, J. Grima 9, P. Arguello 15, E. Magrin, S. Davies.

Gżira Athleta: M. Stefanovic, C. Grima 18, B. Zammit 6, S. Pisani, L. Sciberras 2, A. Simmons 18, D. Said Hollier 18, A. Borg, J. Schembri, S. Vella 11, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani, Stephen Micallef.

Depiro 48

Hibs 60

(19-14)(4-9)(11-15)(14-22)

Hibernians kisbu rebħa mill-aktar importanti kontra Depiro biex bis-saħħa tal-konfront dirett qabżuhom il-klassifika u issa huma Depiro li jinsabu fil-ħames post li jfisser eleminazzjoni mill-play-offs. It-tielet round li se jitkompla wara l-finali tas-St. James Knock-out tal-Ħadd li ġej irid jagħti l-verdett finali ta’ min se jkunu s-semifinalisti hekk kif s’issa Athleta biss huma ċerti. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ però Depiro bdew jirrispondu permezz tal-Amerikana Carlee Schumacer u trippla minn Gaby Mifsud. Hibs ukoll kellhom trippla minn Silvia Gambino però Depiro wieġbu b’run ta’ 9-0 bi trippli minn Sam Brincat u Martina Scicluna biex temmew l-ewwel sessjoni 19-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro kellhom biss żewġ baskets minn Tina De Martino. Qabel m’għamlu l-ewwel wieħed, Hibs kellhom seba’ ounti konsekuttivi biex marru minn fuq però sat-tmiem Depiro għamlu l-iskor indaqs 23-23.

Wara l-intervall, Depiro reġgħu fetħu tajjeb bi trippla oħra ta’ Brincat u baqgħu fuq quddiem għal ħin twil. Kien biss lejn tmiem is-sessjoni li Hibs marru fuq quddiem wara punti konsekuttivi minn Trudy Armstead għal skor ta’ 38-34. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Hibs ħasdu lill-avversarji b’żewġ three pointers konsekuttivi minn Ema Micallef u fetħi vantaġġ ta’ 10 punti 46-36. Depiro ppruvaw jirkupraw bil-punti ta’ Schumacher però Hibs kellhom il-punti ta’ Armstead u Gambino biex żammew lil Depiro ‘l bogħod biżżejjed biex jieħdu t-tieni rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 60-48.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 8, H. Acreman, S. Brincat 8, M. Bonett 6, M. Balzaraviciute, N. Agius, M. Scicluna 3, C. Schumacher 13, J. Xuereb, T. De Martino 4, C. Ciantar 6.

Hibs: E. Micallef 7, E. Cassar 2, S. Gambino 14, I. Agius 3, K. Caruana, M. Said 3, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia, T. Armstead 23, A. Marinkovic, J. Scerri 8.

Referees: Bernard Vassallo, Igor Marjanovic, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

8

6

2

14

493

452

Caffe Moak Luxol

7

5

2

12

434

425

Starlites

7

4

3

11

384

379

Hibs

8

2

6

10

434

454

Depiro

8

2

6

10

440

475

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment