Gżira Athleta jkomplu bir-rebħ

Tuesday, November 8, 2016, 20:44

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 18

Mellieħa Tritones 67

(7-13)(2-22)(7-14)(2-18)

Mellieħa għelbu lil Starlites 67-18 f’partita li li ddominaw mill-bidu sat-tmiem. Wara li Mellieġa għamlu l-ewwel punti, Starlites kellhom trippla ta’ Alex Cutajar. Mellieħa komoplew bil-punti ta’ Emanuel Lupo u Ben Aquilina u temmew l-ewwel sessjoni 13-7 minn fuq. It-tieni taqsima kienet mingħajr storja fejn Mellieħa għamlu 22 punt mingħajr risposta fejn l-uniku basket ta’ Starlites wasal fl-aħħar sekondi minn Matthew Farrugia. Mellieħa kellhom fost l-oħrajn diversi punti minn Aquilina, Janis Vibe u żewġ trippli minn Rihards Polis biex daħlu jistrieħu 35-9 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites irrispondew għall-punti ta’ Mellieħa fl-ewwel ħinijiet. Mellieħa mbagħad komplew bi break ta’ 10-0 qabel ma Aaron Cutajar għamel l-aħħar erba’ punti ta’ Starlites għal skor ta’ 16-49. L-aħħar taqsima kienet simili għat-tieni waħda fejn Mellieħa bdew b’16 –il punti mingħajr risposta b’aktar punti ta’ Vibe, Lupo u Clint Grixti. Il-partita ntemmet b’basket fuq kull naħa biex Mellieħa ħarġu rebbieħa 67-18.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 3, L. Vella 2, C. Doublet 2, M. Schembri, I. Pace, A. Vella Cardona, A. Xuereb, A. Cutajar 4, Q. Bugeja 2, A. Cutajar 3, M. Farrugia 2.

Mellieħa Tritones: R. Polis 6, M. Farrugia, R. Loporto 13, J. Muscat, C. Grixti 6, I. Terribile 8, B. Aquilina 11, D. Miani, E. Lupo 10, J. Vibe 9, B. Soler 4, I. Curmi.

Referees: Dominic Scafidi, Igor Marjanovic.

 

Marvels Power Plus 54

Gżira Athleta 82

(12-27)(17-17)(18-16)(7-22)

Gżira Athleta komplew bir-rebħ u kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Marvels Power Plus 82-54. Athleta kellhom bidu tajjeb u wara żewġ sessjonijiet bilanċjati, reġgħu ħadu kontroll lejn it-tmiem. Fl-ewwel ħinijiet il-partita kienet bilanċjata fuq parita ta’ 6-6. Hawn Athleta għamlu run ta’ 13-3 fejn bħas-soltu l-Amerikan Kwame Thompson iddistinwa ruħhu bi steals, rebounds u punti konsekuttivi. Athleta żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Luca Stefanovic biex temmew l-ewwel sessjoni 27-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima kienu Marvels li bdew l-aħjar meta kellhom break qasir ta’ 7-1 bi trippla ta’ Luke Azzopardi. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Thompson però żewġ trippli tad-debuttant ta’ Marvels David Garcia rawhom inaqqsu d-distakk għall-10 punti. Athleta għalqu bil-punti ta’ Francesco Mifsud Bonnici u Thompson biex daħlu jistrieħu 44-29 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Stefanovic fetaħ bi trippla oħra għall-Athleta qabel ma Marvels kellhom run ta’ 11-0 b’żewġ trippli t’Azzopardi biex reġgħu naqqsu d-distakk għall-10 punti 42-52. Wara time-out tal-coach Peter Farrugia, Athleta kellhom żewġ trippli minn Stefanovic u Thompson għal skor ta’ 60-47. Fl-aħħar taqsima Marvels bdew b’żewġ trippli oħra minn Andras Toompere u naqqsu d-distakk għal disa’ punti. Hawn però Athleta kellhom run qawwija ta’ 20-1 biex għalqu l-partita definittivament u ħarġu rebbieħa 82-54.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 12,  D. Massa, D. Pisani 5, R. Curmi, D. Debattista 2, C. Camenzuli, D. Garcia 11, C. Briffa 15, J. Ransley 3, A. Toompere 6.

Gżira Athleta: J. Symmons, F. Mifsud Bonnici 13, J. Wait 4, J. Aquilina 1, L. Stefanovic 19, M. Gauchi Montaldo 2, M. Giusti, K. Thompson 43, N. Petrucci, S. Vincic, M. Cilia 1, D. Buhagiar.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic.





Leave a comment