- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jissorprendu lil Depiro

Posted By sportinmalta1 On March 5, 2018 @ 5:26 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 76

Depiro 64

(13-13)(26-21)(20-14)(17-16)

Gżira Athleta għelbu lil Depiro 76-64 biex tawhom it-tieni telfa tal-kampjonat. Riżultat li jtiqies bħala sorpriża speċjalment minħabba l-fatt li Athleta kienu mingħajr l-Ispanjol Albert Serra li tant ħalla mpressjoni tajba fil-partiti li lagħab. Depiro mill-banda l-oħra kienu bl-iskwadra kompleta tagħhom inkluż Kurt Xuereb u l-coach Alfred Mifsud m’għamel l-ebda sostituzzjoni ħlief waħda sfurzata lejn it-tmiem meta spiċċa fouled out Jack Nygaard. Athleta kellhom wirja mill-aqwa, b’mod kollettiv għalkemm ir-ritorn ta’ Francesco Mifsud Bonnici kien strumentali. Wirja tajba wkoll għal Nathan Xuereb li ddefena lil Kurt Xuereb għal ħafna ħin. Kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu u marru 6-0 minn fuq bi trippla ta’ Luca Stefanovic. Depiro rkupraw u ġew lura b’run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Nicholas Grech iżda Athleta wkoll kellhom trippla minn Stefan Vincic biex is-sessjoni għalqet fuq parita ta’ 13-13. Fit-tieni sessjoni kellhu mument mill-aqwa Stefanovic għall-Athleta hekk kif punti kontinwi tiegħu ħallewhom fuq quddiem. Xuereb ukoll kellhu sehem importanti hekk kif waħdu għamel break ta’ 9-0 b’żewġ three pointers u Athleta fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 38-25. Depiro rkupraw bil-punti t’Adam Chomo flimkien ma Nygaard u Xuereb għamlu run ta’ 9-1 biex fl-intervall id-distakk niżel għal 5 punti bl-Athleta fuq quddiem 39-34.

Fit-tielet sessjoni Depiro taw ħjiel li se jirkupraw hekk kif bdew tajjeb bit-three pointers ta’ Xuereb u Nygaard u marru fuq quddiem. Athleta rkupraw, għal darb’oħra permezz ta’ Xuereb li kellhu żewġ trippli flimkien ma’ Jonathan Ransley u Joshua Aquilina u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 59-48. Fl-aħħar sessjoni, Depiro komplew jitħabtu però sabu lil Athleta jirrispondu din id-darba permezz ta’ Mifsud Bonnici. Mument tajjeb ta’ Depiro ssarraf f’run ta’ 10-2 li rathom inaqqsu d-distakk għal basket 64-66 però hawn Athleta reġgħu ħadu l-partita f’idejhom bil-punti kontinwi ta’ Mifsud Bonnici flimkien ma’ basket ta’ Stefanovic biex rebħu l-partita 76-64.

Gżira Athleta: M. Guisti, F. Mifsud Bonnici 14, R. Zammit, L. Stefanovic 24, M. Gauchi Montaldo, N. Xuereb 19, J. Aquilina 2, B. Bartolo 3, S. Vincic 5, J. Ransley 9, M. Cilia.

 

Depiro: E. Briffa, M. Brincat, M. Mallia, M. Debattista, A. Attard, N. Grech 7, J. Camilleri, J. Nygaard 19, A. Chomo 15, K. Xuereb 19, M. Borg 4, J.Vibe.

Referees: Emanuel Mangani, Igor Marjanovic

Starlites GIG 59

Victoria Libertas 67

(18-24)(18-14)(18-15)(17-14)

Starlites GIG kisbu d-double fuq Victoria Libertas meta għelbuhom 71-67 biex kisbu t-tielet rebħa tagħhom fil-kampjonat. Il-partita kienet kumbattuta u għal ħin twil iż-żewġ timijiet kienu viċin xulxin. L-isfortuna tal-Libertas kienet li kellhom biss seba’ players u hekk kif tilfu xi players minħabba l-fouls spiċċaw jilgħabu bi tlett players fl-aħħar sekondi. Libertas ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Daniele Miani u Emanuel Lupo u minkejja li Starlites wieġbu bi trippla ta’ Ian Felice Pace, sensiela oħra ta’ punti tal-Libertas tathom vantaġġ ta’ 8 punti 16-8. Starlites rkupraw bi break qasir ta’ 8-2 però żewġ baskets oħra ta’ Lupo raw lil Libertas itemmu l-ewwel sessjoni 24-18 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites fetħu bi break ta’ 13-4 fosthom trippla ta’ Isaac Pace biex marru minn fuq 31-28. Libertas irrispondew għal darb’oħra permezz ta’ Lupo li kellhu partita mill-aqwa flimkien ma’ Miani u Nicolo Petrucci biex reġgħu ħadu vantaġġ li żammew sal-mistrieħ 38-36.

Wara l-intervall Starlites fetħu b’aktar three pointers minn Matthew Scerri u Felice Pace. Huma komplew b’run ta’ 10-2 biex marru 52-47 minn fuq. Reġa’ kien Lupo li rrisponda għal Libertas però din id-darba ma rnexxielhomx idawru l-iskor u Starlites temmew is-sessjoni punt minn fuq 54-53. Fl-aħħar taqsima Starlites komplew bil-punti ta’ Scerri u kabbru l-vantaġġ hekk kif Libertas tilfu lil Michel Farrugia bit-tieni foul anti-sportiv. Punti minn Sean Mizzi poġġew lil Libertas fuq quddiem għall-aħħar darba. Kien għad fadal 4 minuti u nofs u Libertas tilfu player ieħor u spiċċaw jilgħabu b’erba’ players. Starlites ħadu vantaġġ  u kkontrollaw il-partita sat-tmiem meta Libertas saħansitra tilfu wkoll lil Nicolo Petrucci u Starlites rebħu l-partita 71-67.

Starlites GIG: O. Psaila 2, M. Azzopardi 2, L. Vella, I. Felice Pace 8, M. Scerri 18, M. Falzon 22, J. Attard, I. Pace 17, M. Vella, J. Wait 2, A. Xuereb.

 

Victoria Libertas: W. Spiteri, M. Farrugia 6, N. Petrucci 7, S. Mizzi 6, D. Miani 13, E. Lupo 33, B. Soler.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Balkan Fusion 74

 

Siġġiewi 52

(11-15)(22-8)(20-17)(21-12)

Balkan approfittaw mit-telfa ta’ Depiro u wara sessjoni diffiċli għelbu lil Siġġiewi 74-52. Siġġiewi kellhom lura lil Alex Novakovic u Balkan irkupraw lil Nemanja Radicevic, Slavko Opojevlic u Nikola Stankovic. Balkan għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita però hawn ġew milquta minn run ta’ 13-2 minn Siġġiewi li bdew japprofittaw mit-turn-overs ta’ Balkan. Huma kellhom il-punti minn Omar Shamala u Alex Novakovic fost l-oħrajna qabel ma Balkan għamlu baskets minn Bogdan Ilic u Miroslav Stjepanovic għal skor ta’ 15-11. Balkan bdew jieħdu l-partita f’idejhom fit-tieni perjodu minkejja basket inizzjali ta’ Novakovic għal Siġġiewi. Balkan bdew b’run ta’ 11-2 b’punti minn Alex Perunicic u Stankovic biex marru 22-19 minn fuq. Reġa’ kien Novakovic għal Siġġiewi qabel ma Balkans komplew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Ilic għal skor ta’ 33-23.

Wara l-intervall kienu Balkans li żiedu l-vantaġġ qabel ma Siġġiewi naqqsu d-distakk bil-punti ta’ JP Antoncic u Novakovic. Balkans komplew b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Perunicic bis-Siġġiewi jwieġbu bi trippla ta’ Jhun Lizandaur però Ilic ukoll kiseb trippla oħra għal Balkans biex baqgħu 13 –il punt minn fuq 53-40. Fl-aħħar sessjoni, Balkans iddominaw b’run ta’ 13-3 b’punti konsekuttivi minn Stankovic u Ilic. Lizandaur għamel trippla oħra għal Siġġiewi però Balkans komplew jikkontrollaw il-partita u ħadu r-rebħa 74-52.

Balkan Fusion:  N. Radicevic 1, M. Stjepanovic 9, B. Ilic 12, I. Kumric 8, S. Opojevlic, A. Perunicic 17, Z. Stankovic, B. Mrkojevic 3, N. Bukva 6, V. Lekovic 2, N. Stankovic 16.

Siġġiewi:  J, Carter, JP Antoncic 5, M. Nedic 5, J. Lisandaur 11, H. Agius 6, K. Arvanitakis 3, R. Alosco, A. Novakovic 12, R. Camilleri, O. Shamala 10.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi.

Marvels Frank Salt 56

Hibernians 69

(17-17)(14-13)(12-20)(13-19)

Hibs żammew kuntatt mal-postijiet ta’ fuq biex jibqgħu jisperaw li jaslu sal-play-offs. Huma għelbu lil Marvels 69-56 għalkemm sal-ewwel żewġ sessjonijiet il-logħob kien aktar bilanċjat. Jeremy Piscopo u Ricky Aquilina kienu nieqsa għal Hibs b’Marvels ma jkollhomx problemi ta’ formazzjoni. Kienu Marvels li kellhom l-aħjar bidu meta bdew bil-punti ta’ Nicolo Guida flimkien ma’ trippla ta’ Quentin Bugeja u marru 11-1 minn fuq. Hibs irkupraw u għamlu run ta’ 16-4 li bdewha bi trippla ta’ Kurt Sultana flimkien ma’ punti minn Isaac Bonett u Kieron Caruana biex is-sessjoni ntemmet f’parita 17-17. Marvels fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Luke Azzopardi b’Caruana wkoll iwieġeb bi three pointer għal Hibs. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u minkejja li Hibs kellhom mument tajjeb b’sitt punti mingħajr risposta, kienu Marvels li temmew it-taqsima bil-punti ta’ Christian Briffa u Ruben Curmi biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 31-30.

Fit-tielet sessjoni, wara basket ieħor ta’ Briffa għal Marvels, Hibs għamlu run ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Paul Attard u Caruana. Marvels reġgħu rrispondew, bi trippla ta’ Guida u l-punti ta’ Briffa u Darryl Pisani però Hibs għamlu run oħra ta’ 10-2 bi trippli minn Attard u Caruana għal skor ta’ 50-43. Fl-aħħar taqsima l-logħob kompla jkun bilanċjat bil-Hibs jirnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal 10 punti wara l-punti konsekuttivi ta’ Bonett. Marvels ma rnexxielhomx jerġgħu jersqu viċin biżżejjed hekk kif Hibs komplew jikkontrollaw bil-punti ta’ Bonett u Artyon Galea biex ħarġu rebbieħa 69-56.

Marvels Frank Salt: G. Borg, N. Guida 20, D. Pisani 6, R, Curmi 2, D. Debattista, D. Verebies, L. Azzopardi 3, A. Morris, C. Briffa 15, Q. Bugeja 10,  D. Borg.

Hibs: K. Caruana 14, M. Formosa 2, K. Sultana 7, A. Galea 6, P. Attard 8, I. Bonett 28, M. Houmpton, M. Laferla.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

10

9

1

19

771

483

Depiro

10

8

2

18

810

678

Gżira Athleta

9

7

2

16

701

556

Luxol

9

7

2

16

660

615

Hibernians

10

6

4

16

626

674

Siġġiewi

10

3

7

13

591

710

Startlites

10

3

7

13

641

717

Victoria Libertas

10

1

9

11

495

638

Marvels Frank Salt

10

0

10

10

517

741


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jissorprendu-lil-depiro/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.