Gżira Athleta jissorprendu fl-ewwel finali u jieħdu vantaġġ kontra Starlites Naxxar

Monday, April 11, 2016, 17:33

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Starlites Naxxar 68

Gżira Athleta 75

(27-14)(13-13)(8-24)(20-24)

Fuq il-karta, Starlites Naxxar bdew bħala favoriti f’din il-finali tal-kampjonat Bank of Valletta tat-tieni diviżjoni kontra Gżira Athleta. Mhux biss għaliex Starlites sofrew biss telfa waħda matul l-istaġun kollhu iżda għaliex fost ir-rebħ li kellhom hemm ħamsa fuq l-istess Athleta, tlieta fil-kampjonat, waħda fis-shield u oħra fin-Knock-out. Iżda l-ebda sport ma jintlagħab fuq il-karta iżda fil-court u fil-court Athleta komplew bil-wirjiet posittivi li kellhom fil-play-offs meta ħadu l-ewwel rebħa fil-finali kontra Starlites 75-68. Għamlu dan minkejja li Matthew Gouder irritorna lejn l-Irlanda jkompli l-istudji tiegħu. Huma kellhom lura fl-iskwadra lil Joshua Aquilina, Soufian Hagul u Martin Krastev fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ bi trippla ta’ Joshua Aquilina. Starlites wieġbu b’żewġ runs ta’ 7-0 u 8-0 bi trippla ta’ Alec Felice Pace u punti ta’ Thomas Grech, Ivan Mitrovic u Miguel Falzon. Bejniethom Athleta kellhom it-trippli ta’ Stefan Vincic u Adrian Baldacchino però Starlites temmew l-ewwel taqsima 27-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites komplew b’run oħra ta’ 9-2 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 19 –il punt 39-20. Athleta bdew ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 7-1 qabel l-intervall bi trippla ta’ Vincic biex Starlites daħlu jistrieħu 40-27 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Athleta komplew fejn ħallew meta bdew b’run oħra ta’ 10-2 bi trippla oħra ta’ Vincic u punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo li beda jieħu diversi offensive rebounds. Starlites irkupraw xi ftit bil-punti ta’ Grech u Mitrovic però Athleta kellhom iktar trippli minn Vincic u Hagul f’run oħra ta’ 9-2 biex dawwru l-iskor favurhom 51-48. Starlites bdew aħjar fl-aħħar sessjoni meta kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Anthony Schembri u reġgħu marru minn fuq 58-54. Punti fuq iż-żewġ naħat ħallew liż-żewġ timijiet viċin bi Starlites jibqgħu fuq quddiem 67-64 sad-disa’ minuta. Athleta reġgħu marru fuq quddiem bil-punti ta’ Stefanovic u Gauchi Montaldo u Starlites ma rnexxielhomx jerġgħu jieħdu l-vantaġġ biex Athleta rebħu l-partita 75-68.

Starlites: A. Schembri 11, O. Psaila, L. Vella, M. Azzopardi, C. Schembri, M. Falzon 9, A. Felice Pace 17, I. Mitrovic 19, Q. Bugeja, A. Cutajar, T. Grech 12.

Gżira Athleta: S. Hagul 8, F. Mifsud Bonnici 13, J. Wait, J. Aquilina 5, L. Stefanovic 11,  M. Gauchi Montaldo 19, D. Buhagiar, R. Bezzina, M.Krastev, S. Vincic 16, M. Cilia, A. Baldacchino 3.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef, Teemu Helenius

Statistika…

Starlites

Free throws – 15 on 25

Baskets – 22 on 47

Three pointers – 3 on 14

Rebounds – 43

Assists – 17

Turnovers – 18

Steals – 10

Fouls Suffered – 23

Fouls Made – 18

Athleta

Free throws – 13 on 22

Baskets – 19 on 50

Three pointers – 8 on 18

Rebounds – 46

Assists – 12

Turnovers – 20

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 23

It-tieni partita: Il-Ħadd 17 t’April fis-13:00





Leave a comment