Gżira Athleta jippareġjaw wara rimonta fl-aħħar sessjoni

Monday, April 24, 2017, 22:42

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 45

Gżira Athleta 48

(18-9)(10-14)(13-11)(4-14)

Rimonta fl-aħħar sessjoni rat lil Gżira Athleta jdawwru telfa f’rebħa fit-tieni partita tal-finali kontra Caffè Moak Luxol biex ippareġjaw is-serje fuq skor ta’ 1-1. L-Amerikana Attirah Munir kienet lura fuq il-bank għac-champions però ma ġietx utiliżżata mill-coach Santino Coppa fil-waqt li Athleta kellhom nieqsa lil Sharon Vella. Il-fouls fl-aħħar kellhom sehem importanti għar-riżultat finali hekk kif Coppa kellhu jdawwar diversi players minħabba l-problema tal-fouls. Il-partita kellha bidu bilanċjat bil-Luxol jieħdu vantaġġ ta’ basket 8-6 wara punti minn Steffi De Martino u trippla ta’ Paula Ellul b’Leanne Sciberras twieġeb għall-Athleta. Luxol komplew b’run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Mandi Mercieca u De Martino u sa’ tmiem l-ewwel taqsima kienu 18-9 minn fuq. Luxol fetħu t-tieni perjodu b’sitt punti oħra mingħajr risposta bil-coach Ruth Spiteri tagħjjat time-out. Athleta wettqu reazzjoni bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Christina Grima u l-free-throws tal-Amerikana Amelia Simmons biex naqqsu d-distakk u fl-intervall Luxol kienu 28-23 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta komplew jitħabtu biex jieħdu l-vantaġġ iżda Luxol żammew sod u l-aktar li waslu kien sa’ basket ‘l bogħod. Luxol kellhom sitt punti mingħajr risposta minn De Martino, Sarah Pace u Ina Baena Medina hekk kif De Martino għalqet it-taqsima bi trippla biex tathom vantaġġ ta’ seba’ punti 41-34. Il-folja nqalbet fl-aħħar sessjoni hekk kif Athleta fetħu bi trippla minn Antoinette Borg. Hawn Luxol kellhom l-uniċi żewġ baskets tagħhom tat-taqsima minn Medina u Ellul għal skor ta’ 45-37. Grima mexxiet ir-rimonta tal-Athleta hekk kif bdiet bi trippla oħra u kien basket tagħha fl-aħħar 30 sekonda wara żewġ offensive rebounds li poġġa lil Athleta fuq quddiem għall-ewwel darba. Luxol tilfu l-pusess fl-azzjoni suċċesiva biex Grima għalqet il-partita b’żewġ free-throws u Athleta ħarġu rebbieħa 48-45.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 5, M. Mercieca 4, A. Munir, I. Baena Medina 6, S. De Martino 20, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 7, L. Caruana Montaldo, C. Curmi 3.

Gżira Athleta: M. Stefanovic, C. Grima 29, B. Zammit, L. Sciberras 4, A. Simmons 6, D. Said Hollier 3, A. Borg 6, J. Schembri, A. Debenay, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Jennifer Mangani, Ivica Simic.

Statistika…

Luxol

Free throws – 11 on 15

Baskets – 14 on 46

Three pointers – 2 on 13

Rebounds – 47

Assists – 8

Turnovers – 14

Steals – 11

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 21

Athleta

Free throws – 14 on 19

Baskets – 11 on 42

Three pointers – 4 on 27

Rebounds – 56

Assists – 6

Turnovers – 16

Steals – 11

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 17

It-tielet partita: Il-Ħamis 27 t’April – 19:30

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment