Gżira Athleta jikkwalifikaw għas-semifinali

Monday, November 9, 2015, 14:12

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 47

Gżira Athleta 51

(15-7)(13-17)(7-12)(12-15)

Gżira Athleta pattew għat-telfa li sofrew fil-logħob tas-shield kontra Frank Salt Phoenix meta eleminawhom mill-Bank of Valletta knock-out b’rebħa ta’ 51-47. Din kienet l-ewwel rebħa tal-Athleta dan l-istaġun wara li tilfu l-partiti kollha tas-Shield fil-waqt li Phoenix ukoll jinsabu fl-istess sitwazzjoni b’rebħa waħda mill-bidu tal-istaġun. Athleta kienu mmexxija minn Joe Galea hekk kif Peter Farrugia kien qiegħed jiskonta sospensjoni ta’ partita wara li tkeċċa fl-aħħar partita. Għal Phoenix kien hemm ir-ritorn ta’ Gary Micallef u Antoine Costa. Athleta kellhom nieqes lil Francesco Mifsud Bonnici ukoll sospiż però kien hemm id-debutt tal-player Kroat Martin Berisha. Phoenix fetħu bl-ewwel sitt punti tal-partita bi trippla ta’ Karl Borg. Athleta kellhom il-punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo però Phoenix żiedu l-vantaġġ bil-baskets ta’ Christian Briffa u trippla u basket ta’ Marko Vucinic għal skor ta’ 15-7. Fit-tieni perjodu kien hemm trippla ta’ Luke Azzopardi u punti ta’ Jonathan Ransley biex Phoenix marru 10 minn fuq 20-10. Hawn waslet risposta minn Athleta bi break ta’ 10-1 biex waslu sa’ punt minn taħt però Vucinic kellhu trippla oħra u fl-intervall Phoenix  kienu erba’ punti minn fuq 28-24.

Fit-tielet taqsima Phoenix reġgħu kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Darren Debattista però Athleta bdew inaqqru l-vantaġġ bil-punti ta’ Berisha u Luca Stefanovic u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 34-34. Huma komplew sejrin b’punti ta’ Joshua Aquilina u Gauchi Montaldo biex dawwru l-iskor 36-35. Fl-aħħar taqsima, reġa’ kien Vucinic li poġġa lil Phoenix fuq quddiem flimkien ma Ransley għal skor ta’ 43-38. Hawn Athleta kellhom it-three pointers ta’ Stefan Vincic li poġġewhom minn fuq u għalqu l-partita bil-punti ta’ Giusti u rebħu l-partita 51-47.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 8, M. Vucinic 17, G. Micallef, R. Curmi, D. Debattista 2, C. Camenzuli, K.Borg 3, J. Anastasi 2, C. Briffa 8, A. Costa, J. Ransley 7, A. Toompere.

Gżira Athleta: M. Giusti 1, J. Wait, E. Schiappati, L. Stefanovic 10, M. Gauchi Montaldo 9,  R. Bezzina, J. Aquilina 5, S. Vincic 8, M. Berisha 18.

Referees:  Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment