Gżira Athleta jiftħu vantaġġ ta’ 21 punt kontra Floriana MCP Car Parks

Saturday, February 11, 2017, 16:27

Tazza Louis Borg Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Floriana MCP Car Parks 67

Gżira Athleta 88

(15-22)(11-15)(16-22)(25-29)

Gżira Athleta kisbu rebħa tajba fl-ewwel leg meta għelbu lil

Ritratt: Wally Galea

Floriana MCP Car Parks 88-67 biex fetħu vantaġġ ta’ 21 punt għat-tieni leg u għamlu pass qawwi lejn ir-rebħ tat-tazza Louis Borg għad-disa’ darba. Athleta kienu dejjem minn fuq hlief fl-ewwel minuti meta ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin. Athleta mmexxija minn Michael Naudi u Josiah Whitehead, li għamlu l-punti kollha fl-ewwel taqsima, fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 22-15. Fit-tieni sessjoni Athleta bdew bi trippla ta’ Roderick Vella u żiedu l-vantaġġ għal 12 –il punt 27-15. Floriana wieġbu bit-three pointers ta’ Shawn Pace biex naqqsu d-distakk iżda pronta kienet ir-risposta tal-Athleta għal darb’oħra minn Naudi li kellhu żewġ three pointers biex daħlu jistrieħu 11 –il punt minn fuq 37-26.

Wara l-intervall, Athleta komplew jiddominaw il-partita meta bdew bi break ta’ 11-3 b’aktar punti minn Whitehead flimkien ma’ Peter Shoults u trippla ta’ David Camilleri. Sa’ tmiem is-sessjoni ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex il-vantaġġ tal-Athleta baqa’ wieħed komdu 59-42. Floriana fetħu l-aħħar taqsima bil-punti ta’ Chad Patus u trippli ta’ Nikola Vasovic. Athleta wieġbu b’run ta’ 11-3 bil-punti ta’ Naudi, Shoults u Billy Zammit. Il-vantaġġ tal-Athleta kompla jikber minkejja li Floriana kellhom trippla oħra minn Pace u l-punti ta’ Patus. L-aħħar punti ġew minn trippla ta’ Zammit u Athleta temmew il-partita b’vantaġġ ta’ 21 punt 88-67.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 15, D. Krivokuca, S. Pace 13, S. Borg 3, N. Vasovic 18, C. Calleja, A. Axiaq 14, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic 4.

Gżira Athleta: M. Naudi 36, R. Vella 6, D. Camilleri 3, P. Shoults 12, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 6, S. Vincic, M. G. Montaldo, J. Whitehead 25.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia, Igor Marjanovic.

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment