- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jieħdu wkoll it-tieni rebħa

Posted By sportinmalta1 On May 16, 2018 @ 6:49 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 91

Depiro 60

(35-15)(29-11)(13-15)(14-19)

Gżira Athleta għamlu pass importanti lejn ir-rebħ tal-kampjonat meta kisbu t-tieni rebħa kontra Depiro bl-iskor ta’ 91-60. Depiro kienu mingħajr l-Amerikan Jack Nygaard li kif ktibt f’okkażjonijiet oħrajn jagħmel differenza kbira fit-team. Adam Chomo pprova jpatti għal dan in-nuqqas però kien fid-difiża li Depiro batew l-aktar speċjalment fuq l-Ispanjol Albert Serra li fl-ewwel żewġ sessjonijiet għamel 33 punt fosthom sitt three pointers. Depiro kellhom ukoll ħafna fouls bil-coach Alfred Mifsud jagħti spazju lil players żagħżagħ bħal Ethan Briffa, Andy Attard u Michael Debattista. Kurt Xuereb kellhu partita kwieta tant li spiċċa mingħajr punti u dan ukoll ma għenx il-kawża ta’ Depiro. Athleta bdew mal-ewwel bil-punti ta’ Serra, Jonathan Ransley u Stefan Vincic għalkemm fl-ewwel ħinijiet Depiro bdew jirrispondu fejn Chomo kellhu trippla flimkien mal-punti ta’ Nicholas Grech u Marko Zloh u kienu punt minn fuq 8-7. Hawn però Athleta kellhom run qawwija ta’ 24-4 fejn Serra beda jiddomina bit-three pointers u fejn ma skurjax hu, tema blalen lil players oħra bħal Luca Stefanovic u Francesco Mifsud Bonnici. Is-sessjoni għalqet bi trippla ta’ Nathan Xuereb li minn hemm ‘l quddiem ġie mserraħ għall-finali tal-ewwel diviżjoni fuq skor ta’ 35-15. Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess. Athleta kellhom żewġ trippli oħra minn Serra bid-Depiro jwieġbu bil-baskets ta’ Chomo u Janis Vibe. Athleta kellhom break ieħor sostanzjali ta’ 21-5 b’Serra jkompli jiddomina flimkien ma’ Stefanovic li kellhu trippla għal skor ta’  64-26.

B’distakk ta’ 38 punt il-partita naqqset mir-ritmu wara l-intervall. Depiro sabu ċans jiksbu aktar punti u kellhom run qasira ta’ 7-2 bil-punti ta’ Grech u Matthew Borg. Athleta wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta bejn Vincic u Stefanovic  qabel ma Depiro għalqu bil-baskets ta’ Chomo u Briffa għal skor ta’ 77-41. Fl-aħħar sessjoni, kien Chomo li kompla jnaqqas id-distakk għal Depiro b’Joshua Aquilina u Stefanovic jirrispondu għall-Athleta. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin sat-tmiem biex Athleta ħarġu rebbieħa 91-60 u rebħa nhar Il-Ġimgħa ttijhom il-kampjonat.

Gżira Athleta: K. Schembri, F. Mifsud Bonnici 4, C. Pucchia 4, A. Serra 34, L. Stefanovic 23, M. Gauchi Montaldo 2, N. Xuereb 3, J. Aquilina 4, J. Caruana, S. Vincic 12, J. Ransley 5, M. Cilia.

 

Depiro: E. Briffa  6, A. Attard, N. Grech 13, J. Camilleri, A. Chomo 28, K. Xuereb, M. Borg 4, M. Zloh 2, M. Debattista 2, J.Vibe 5.

Referees: Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak, Miklos Rajzki

Statistika…

Statistika

Athleta

Free throws – 16 on 26

Baskets – 21 on 51

Three pointers – 11 on 17

Rebounds – 46

Assists – 11

Turnovers – 17

Steals – 13

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 21

Depiro

Free throws – 18 on 29

Baskets – 18 on 51

Three pointers – 2 on 9

Rebounds – 43

Assists – 4

Turnovers – 21

Steals – 7

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 23

 

It-tielet partita: Il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju fis-19:30


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jiehdu-wkoll-it-tieni-rebha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.