Gżira Athleta jieħdu wkoll it-tieni rebħa

Monday, April 29, 2019, 16:36

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 90

Hibernians 73

(17-10)(24-15)(24-16)(25-30)

Gżira Athleta ħadu wkoll it-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta tal-Irġiel kontra Hibernians 90-73 biex issa huma biss rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tat-titlu. Bil-maqlub tal-ewwel finali li kellha saħansitra tmur għal ħin barrani, din id-darba Athleta kienu minn fuq tul il-partita kollha u vantaġġ stabbli li bnew fit-tieni perjodu baqgħu jikkontollawh sat-tmiem speċjalment b’wirja posittiva fid-difiża. Athleta reġgħu nkludew lil Kwame Thompson biex komplew issaħħew f’dan l-istadju kruċjali tal-istaġun. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn żewġ baskets ta’ Luca Tardito taw l-uniku vantaġġ lil Hibs f’din il-partita. Athleta kellhom risposta permezz ta’ Julio Guity u Vincent Pace u żewġ baskets ta’ Connell Crossland poġġewhom fuq quddiem 10-6. Wara li Alvaro Lizaur ġab basket lura għall-Pawlisti, Athleta kellhom run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Crossland u temmew l-ewwel taqsima 17-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta komplew bi 8 punti oħra mingħajr risposta fosthom three pointer ta’ Nathan Xuereb biex fetħu distakk ta’ 15 –il punt 25-10. Hibs ppruvaw jirkupraw b’żewġ baskets ta’ Ivan Demcesen flimkien ma’ trippla ta’ Tardito biex naqqsu d-distakk għal 8 punti. Athleta kellhom trippla ta’ Pace li għamel 12 –il punt konsekuttiv għalkemm bejniethom Hibs kellhom trippla ta’ Lizaur u basket ta’ Tardito. Baskets minn Matthew Gouder u Pace raw lill-Athleta jtemmu l-perjodu 14 –il punt minn fuq 41-27.

Fit-tielet taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess anzi Athleta żiedu l-vantaġġ wara

Ritratt: Wally Galea

break qasir ta’ 7-2 bejn Crossland u Pace. Ic-champions irrispondew permezz ta’ Tardito u trippla ta’ Roderick Vella però Athleta wieġbu b’run oħra ta’ 10-2 għal vantaġġ ta’ 26 punt 62-36. Qabel intemmet it-taqsima kien hemm three pointer fuq kull naħa biex Athleta temmewha 65-43 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Hibs kellhom il-punti ta’ Tardito u Chad Patus però tilfu lil coach Mario Tabone li tkeċċa għal protesti. Minn hemm ‘l quddiem il-partita ħadet svolta oħra hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’difiżi aktar miftuħin u Athleta b’vantaġġ komdu setgħu ukoll jippruvaw lil Thompson li ma ddiżapuntax meta kiseb 12 –il punt kollha f’din it-taqsima. Hibs kellhom punti minn Anton Axiaq u Isaac Bonett però Athleta kienu ‘l bogħod u setgħhu jieħdu t-tieni rebħa fuq skor ta’ 90-73. It-tielet partita, nhar L-Erbgħa 1 ta’ Mejju tista’ ttijhom il-kampjonat wara nuqqas ta’ erba’ staġuni.

Gżira Athleta: N. Vasovic, C. Crossland 22, P. Shoults 2, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb 3, M. Gouder 9, K. Thompson 12, V. Pace 29, J. Guity 13.

 

Hibs: R. Vella 3, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, M. Formosa, M. Attard, I. Bonett 3, L. Tardito 37, A. Axiaq 3, M. Matijevic, A. Lizaur 11, I. Demcesen 4, C. Cuschieri Patus 12.

Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Tuomas Mantere

Statistika…

Athleta

Free throws – 9 on 18

Baskets – 30 on 55

Three pointers – 7 on 15

Rebounds – 30

Assists – 7

Turnovers – 4

Steals – 12

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 21

Hibs

Free throws – 19 on 26

Baskets – 18 on 35

Three pointers – 6 on 16

Rebounds – 35

Assists – 8

Turnovers – 18

Steals – 1

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 16

It-tielet partita: L-Erbgħa 1 ta’ Mejju: 16:15





Leave a comment