Gżira Athleta jieħdu l-ewwel vantaġġ

Saturday, February 11, 2017, 14:24

Tazza Louis Borg – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 42

Starlites 34

(13-8)(7-2)(8-10)(14-14)

Gżira Athleta fetħu vantaġġ ta’ 8 punti fl-ewwel leg tal-finali tat-tazza Louis Borg meta għelbu lil Starlites 42-34. Kienet partita fejn iż-żewġ timijiet kellhom persentaġġ baxx ta’ shooting bl-Athleta jispiċċaw bi 23% u Starlites 21%. Dawn il-persentaġġi jirriflettu l-iskor baxx u d-difiża stretta addotata miż-żewġ coaches Ruth Spiteri u David Baudot. Fil-fatt Christina Grima kienet imwaħħla ma’ Patricia Arguello u n-naħa l-oħra Josephine Grima ħadet ħsieb lil Amelia Simmons. Fl-ewwel sessjoni għal ħin twil iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin u kiene trippla ta’ Grima li fetħet vantaġġ ta’ 5 punti għall-Athleta 13-8. It-tieni sessjoni kellha punteġġ baxx u l-uniku basket ta’ Starlites wasal minn Jaelle Micallef. Qablu kien hemm żewġ baskets minn Simmons u Leanne Sciberras u t-taqsima ntemmet bħal ta’ qabilha bi trippla ta’ Antoinette Borg għal skor ta’ 20-10.

Fit-tielet perjodu Starlites ħarġu daqxejn aħjar u bdew inaqqsu d-distakk hekk kif Arguello żgiċċat ftit lil Grima u kisbet 5 punti fosthom trippla. Simmons wieġbet għall-Athleta biex huma żammew vantaġġ ta’ 8 punti 28-20. Fl-aħħar taqsima Starlites kellhom il-punit ta’ Kristy Galea, Jean Doughty u Arguello u waslu sa’ ħames punti taħt l-avversarji 26-31. Athlleta rkupraw bi break qasir ta’ 7-2 bil-punti ta’ Simmons u Grima. Arguello u Kim Pirotta reġgħu naqqsu d-distakk għal sirr punti però punti konsekuttivi ta’ Simmons żiedu l-vantaġġ tal-Athleta li se jġorruh magħhom għat-tieni finali hekk kif ħarġu rebbieħa 42-34.

Gżira Athleta: M. Stefanovic, C. Grima 12, B. Zammit, S. Pisani, L. Sciberras 6, A. Simmons 18, D. Said Hollier, A. Borg 4, J. Schembri, S. Vella 2, C. Mifsud.

Starlites: D. Agius, K. Galea 5, J. Doughty 3, S. Farrugia 2, K. Pirotta 2, J. Micallef 4, J. Grima 8, P. Arguello 10, E. Magrin, S. Davies.

Referees: Bernard Vassallo, Christine Farrugia, Brian Sly.





Leave a comment