- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jieħdu l-ewwel rebħa

Posted By sportinmalta1 On May 7, 2018 @ 7:27 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 75

Gżira Athleta 88

(21-14)(16-25)(18-25)(20-24)

Gżira Athleta ħadu l-ewwel rebħa kontra Hibernians

Ritratt: Wally Galea

fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta 88-75 biex b’hekk baqgħu mhux megħluba mill-Pawlisti fil-kampjonat. Il-partita kienet missielta bil-Hibs iżommu vantaġġ sal-bidu tat-tielet taqsima però s-shooters tal-Athleta kienu f’burdata tajba u u t-three pointers fil-ħin kruċjali tal-partita qalbuha favurhom. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta fetħu bit-three pointers minn Roderick Vella, Alvaro Lizaur u Chad Patus. Athleta rrispondew bil-punti ta’ Peter Shoults li kien impekkabli fid-difiża fuq Roderick Vella flimkien mat-trippli minn Omar Said u Ivan Mitrovic. Hibs komplew bil-baskets ta’ Anton Axiaq u trippla ta’ Lizaur biex temmew l-ewwel sessjoni 21-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-vantaġġ tal-Pawlisti kiber għal 11 –il punt wara żewġ three pointers oħra minn Lizaur u Patus. Hawn Athleta kellhom mument tajjeb meta għamlu break ta’ 14-2 bil-punti ta’ Mitrovic , Jon Feiler u trippla oħra ta’ Said biex marru punt minn fuq 30-29. Hibs reġgħu wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Lizaur flimkien ma’ Marco Matijevic però seba’ punti konsekuttivi ta’ Michael Naudi fosthom three pointer f’temp ta’ ftit minuti poġġew lil Athleta basket minn fuq 39-37.

Wara l-intervall, kien hemm risposta oħra minn Hibs permezz ta’ Matijevic u Patus li għal darb’oħra tathom il-vantaġġ. Din però kienet l-aħħar darba li kienu minn fuq għaliex Athleta għamlu run oħra ta’ 18-4 b’żewġ trippli ta’ Said u l-punti ta’ Feiler, Naudi u Mitrovic u fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 59-48. Hibs dehru maħsuda u għalkemm kellhom żewġ baskets minn Luca Tardito, Athleta wieġbu bi trippla minn Mitrovic biex temmew it-taqsima b’vantaġġ ta’ 9 punti 64-55. Fl-aħħar sessjoni, Athleta komplew iżidu d-distakk meta kellhom trippla oħra ta’ Said u l-punti ta’ Naudi u Mitrovic. Huma kienu 13 minn fuq meta fil-ħames minuta tilfu lil Feiler bil-ħames foul. Hibs dehru se jirkupraw wara punti minn Patus u Lizaur iżda Athleta reġgħu ħasduhom b’żewġ three pointers oħra minn Mitrovic u Shoults. L-aħħar sforz tal-Hibs issarraf fi break qasir ta’ 7-0 però kienu għadhom ‘l bogħod u Athleta għalqu l-partita bil-free-throws biex għamlu l-ewwel pass għar-rebħ tal-kampjonat fuq skor ta’ 88-75.

Hibernians: R. Vella 3, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, S.Attard 2, I. Bonnett, L. Tardito 7, A. Axiaq 6, M. Matijevic 15, A. Lizaur 23, F. Mariani, C. Patus 19.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 18, B. Zammit, P. Shoults 7, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 21, M. Gouder, N. Xuereb, S. Vincic, I. Mitrovic 20, J. Feiler 22.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Tuomas Mantere

Statistika…

Hibs

Free throws – 8 on 15

Statistika

Baskets – 20 on 42

Three pointers – 9 on 31

Rebounds – 47

Assists – 9

Turnovers – 13

Steals – 5

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 21

Athleta

Free throws – 12 on 20

Baskets – 23 on 47

Three pointers – 10 on 21

Rebounds – 40

Assists – 14

Turnovers – 8

Steals – 9

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 19

It-tieni partita: L-Erbgħa 9 ta’ Mejju – 18:30


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jiehdu-l-ewwel-rebha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.