- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jieħdu t-tieni post fil-finali

Posted By sportinmalta1 On October 31, 2016 @ 7:24 pm In Basketball,Featured | No Comments

St. James Hospital Shiled – Nisa

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 61

Caffè Moak Luxol 50

(20-16)(23-14)(4-12)(14-8)

Caffè Moak Luxol kienu għelbu lil Gżira Athleta fl-ewwel ġurnata tas-St. James Hospital Shield però fis-semifinali kienu Athleta li ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 61-50 biex issa jaffrontaw lil Depiro fil-finali l-Ħadd li ġej. Luxol kellhom diversi players neqsin fejn għal raġunijiet varji kienu nieqsa Sarah Pace, Mandi Mercieca, Cristina Sollami u Noelene Vella. Athleta bdew tajjeb u mmexxija minn Christina Grima u Amelia Simmons li kellhom trippla kull wieħed temmew l-ewwel sessjoni 20-16 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Athleta kellhom it-trippli minn Denise Said Hollier u Antoinette Borg però Luxol baqgħu viċin bil-punti ta’ Paula Ellul u Ina Medina. Athleta kellhom 8 punti mingħajr risposta biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 34-24. Wara trippla fuq kull naħa, Athleta għamlu l-aħħar punti tas-sessjoni minn Simmons u Grima biex daħlu jistrieħu 43-30 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol tejjbu l-prestazzjoni tagħhom speċjalment fid-difiża fejn ħallew lill- Athleta fuq żewġ baskets biss. Bejniethom huma kellhom run ta’ 8-0 bil-punti ta’ Steffi De Martino u Lindsay Lessard u fi tmiem it-taqsima Athleta kienu ħamsa minn fuq 47-42. Fil-bidu tal-aħħar taqsima Luxol, għal darbtejn waslu sa’ punt ‘l bogħod mill-avversarji wara punti ta’ Lessard. Hawn però Athleta kellhom disa’ punti konsekuttivi minn Simmons, Grech u Milika Stefanovic biex rebħu l-partita 61-50.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 8, C. Grima 17, M. Pollacco, L. Sciberras 11, A. Simmons 19, D. Said Hollier 3, A. Borg 3, S. Vella, E. Pace, C. Mifsud.

Caffè Moak Luxol: K. Calleja, M. Darmanin 5, I. Baena Medina 8, S. De Martino 19, K. Portelli, A. Calleja, P. Ellul 6, L. Lessard 12, C. Curmi.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jiehdu-l-ahhar-post-fil-finali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.