- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jibqħu fit-tieni post

Posted By sportinmalta1 On March 19, 2018 @ 6:51 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 39

Luxol 76

(4-20)(12-16)(13-23)(10-17)

Luxol għamlu d-double kontra Starlites GIG wara rebħa ta’ 76-39. Starlites kienu mingħajr Miguel Falzon u Josef Attard fil-waqt li Luxol irkupraw lil Michael Sjoberg li tilef l-aħħar partita. Luxol ma setgħax kellhom bidu aħjar meta għamlu l-ewwel 18-il punt tal-partita maqsumin bejn Sjoberg u Vukassin Jandric bi three pointer kull wieħed. Alex Xuereb għamel iż-żewġ baskets ta’ Starlites għal skor ta’ 20-4. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata għalkemm Luxol fetħu bi trippla oħra ta’ Sjoberg. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Isaac Pace, ukoll bi three pointer flimkien ma’ Xuereb waqt li Luxol kellhom ukoll il-punti minn Liam Caruana Montaldo flimkien ma’ Adrian Micallef biex fil-halftime Luxol kienu 20 minn fuq 36-16.

Fit-tielet sessjoni, Starlites naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Ian Felice Pace qabel ma Luxol kellhom 7 punti mingħajr risposta minn Keith Dimech. Luxol komplew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Ben Caruana Montaldo għal skor ta’ 59-29. Fl-aħħar taqsima, r-riżultat kien aċċertat u ż-żewġ coaches bdew idawwru l-players tagħhom li ħafna minnhom huma mpenjati f’kampjonati oħrajn. Luxol kellhom ċans jagħmlu run oħra ta’ 11-2 bi trippla oħra minn Jandric biex finalment ħarġu rebbieħa 76-39.

Starlites GIG: O. Psaila 4, M. Azzopardi 10, L. Vella, I. Felice Pace 9, M. Scerri 2, I. Pace 7, M. Vella, J. Wait 3, A. Xuereb 4.

 

Luxol: L. Caruana Montaldo 4, V. Jandric 21, I. El Gabaily 2, B. Caruana Montaldo 3, C. Calleja 2, M. Sjoberg 26, J. Navarro, A. Micallef 10, M. Steenkamer.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Depiro 86

 

Hibernians 57

(28-20)(35-13)(16-12)(7-12)

Depiro kisbu d-disa’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Hibs 86-57. Depiro kellhom nieqes lil Kurt Xuereb fil-waqt li Kieron Caruana u Michele Laferla kienu nieqsa għal Hibs. Fil-bidu tal-partita iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fejn Depiro kellhom il-punti minn Adam Chomo u bil-Hibs iwieġbu permezz ta’ Kurt Sultana u Isaac Bonett li kellhu wkoll trippla. Depiro bdew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Jack Nygaard u Chomo li bejniethom għamlu l-aħħar 14 –il punt tal-perjodu għal skor ta’ 28-20. Fit-tieni sessjoni Depiro komplew isaħħu l-vantaġġ għalkemm Hibs baqgħu viċin fl-ewwel minuti 43-33. Hawn wasal mument mill-aqwa għat-team ta’ Alfred Mifsud li għaqqdu break ta’ 20-0 b’żewġ three pointers ta’ Nicholas Grech u oħra ta’ Nygaard biex fetħu vantaġġ ta’ 30 punt 63-33.

Fit-tielet sessjoni, Grech għamel trippla oħra għal Depiro bil-Hibs jirrispondu bil-punti ta’ Matthew Formosa u Bonett. Depiro għalqu b’run oħra ta’ 9-2 bi trippla ta’ Nygaard għal skor ta’ 79-45. Fl-aħħar taqsima l-punti naqqsu hekk kif Depiro kellhom diversi players żgħażagħ fuq il-court u wettqu xi turn-overs. Hibs ukoll naqqsu mil-punti tagħhom għalkemm għalqu l-logħba b’run qasira ta’ 8-2 biex Depiro rebħu l-partita 86-57.

Depiro: E. Briffa , M. Brincat 4, M. Mallia 2, M. Debattista, A. Attard 7, N. Grech 16, J. Camilleri 2, J. Nygaard 24, A. Chomo 19, M. Borg 8, J.Vibe 2.

 

Hibs: M. Formosa 8, K. Sultana 18, A. Galea 4, P. Attard 4, I. Bonett 15, J. Piscopo 4, M. Houmpton 4, R. Aquilina.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak.

Marvels Frank Salt 53

Siġġiewi 57

(13-22)(14-16)(11-8)(15-11)

Bidu mill-aqwa għal Siġġiewi kien strumentali biex huma ħadu r-rebħa kontra Marvels Frank Salt 57-53 hekk kif lejn it-tmiem Marvels ppruvaw ir-rimonta imma ma rnexxielhomx għal ftit. Iż-żewġ timijiet kellhom xi players neqsin fosthom Nicolo Guida għal Marvels u Alex Novakovic u Konstantinos Arvanitakis għal Siġġiewi. Siġġiewi kellhom l-aħjar bidu meta bdew b’run ta’ 17-5 fosthom żewġ three pointers minn Roberto Alosco u punti minn Hubert Agius. Alosco kiseb trippla oħra qabel ma Marvels kellhom il-punti ta’ Andrew Morris u Christian Briffa għal skor ta’ 22-13. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi reġgħu kabbru l-vantaġġ b’run ta’ 8-3 iżda Marvels bdew ikunu aktar frekwenti fil-punti tagħhom speċjalment minn Briffa u Luke Azzopardi li kellhu żewġ three pointers biex fl-intervall Siġġiewi kienu 38-27 minn fuq.

It-tielet sessjoni fetħet b’run ta’ 8-2 minn Marvels b’żewġ trippli ta’ Azzopardi u Darren Debattista biex naqqsu d-distakk għal 4 punti. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Jhun Lisandaur u baqgħu iżommu vantaġġ ta’ 8 punti sa’ tmiem it-taqsima 46-38. L-aħħar taqsima kienet missielta u wara li Siġġiewi kabbru l-vantaġġ għal 10 punti, Marvels reġgħu daħlu fil-partita b’żewġ three pointers minn Morris però ma kienx għad fadal ħin u Siġġiewi kkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 57-53.

Marvels Frank Salt: G. Borg, D. Pisani, R, Curmi 4, D. Debattista 3, D. Verebies, L. Azzopardi 12, A. Morris 10, C. Briffa 17, Q. Bugeja 5,  D. Borg 2.

 

Siġġiewi: JP Antoncic 8, M. Nedic 21, J. Lisandaur 3, H. Agius 6,  R. Alosco 13, J. Carter, A. Baldacchino, R. Camilleri, O. Shamala 6.

Referees: Emanuel Mangani,Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 108

Victoria Libertas 55

(21-15)(31-11)(34-13)(22-16)

Gżira Athleta kif mistenni għelbu lil Victoria Libertas 108-55 biex baqgħu fit-tieni post tal-klassifika. Huma kellhom lil Mark Cilia u Miguel Gauchi Montaldo neqsin u posthom ħaduh Nicolai Henriksen u James Caruana. Libertas kellhom nieqsa lil Wayne Spiteri u Michel Farrugia iżda rkupraw lil Emanuel Lupo li però weġġa tard fil-partita. Athleta ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva b’Albert Serra jisraq diversi blalen u jitma lil sħabu u marru 15-4 minn fuq. Libertas kellhom risposta permezz ta’ David Agius u Lupo flimkien ma’ trippla ta’ Daiele Miani għal skor ta’ 21-15. Athleta bdew it-tieni sessjoni b’run ta’ 14-0 b’żewġ trippli ta’ Serra u l-punti ta’ Stefan Vincic u Benoit Bartolo. Libertas wieġbu b’żewġ baskets minn Sean Mizzi u Bernard Soler però Athleta komplew sejrin b’diversi three pointers minn Serra, Bartolo u Vincic biex fl-intervall kienu 52-26 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta għamlu l-ewwel sitt punti però Libertas kellhom mument tajjeb bi break ta’ 8-0 minn Mizzi u Nicolo Petrucci. Hawn reġgħu kienu Athleta li għamlu break ta’ 15-0 u s-sessjoni kompliet b’aktar punti fuq kull naħa għal skor ta’ 86-39. Fl-aħħar taqsima, Athleta kellhom players ta’ fuq il-bank però dan ma żammhomx milli jkomplu jkabbru l-vantaġġ hekk kif laħqu l-mitt punti bi trippla ta’ Bartolo u komplew biex rebħu l-partita 108-55.

Gżira Athleta: K. Schembri 2, F. Mifsud Bonnici 8, J. Caruana, A. Serra 37, L. Stefanovic 11, N. Henriksen 2, N. Xuereb 10, J. Aquilina 2, B. Bartolo 11, S. Vincic 13, J. Ransley 5, C. Puccia 7.

 

Victoria Libertas: D. Agius 13, K. Galea 3, N. Petrucci 10, S. Mizzi 9, P. Caruana 3, D. Miani 8, E. Lupo 6, B. Soler 3.

Referees: Nicky Azzopardi, Igor Marjanovic

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

11

10

1

21

841

542

Gżira Athleta

11

9

2

20

893

669

Depiro

11

9

2

20

896

735

Luxol

11

8

3

19

795

724

Hibernians

12

6

6

18

741

844

Siġġiewi

12

5

7

17

714

824

Startlites

12

3

9

15

741

859

Victoria Libertas

12

1

11

13

596

795

Marvels Frank Salt

11

1

11

13

619

844

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jibqhu-fit-tieni-post/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.