Gżira Athleta jibqgħu bla telfa

Monday, January 22, 2018, 16:39

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 78

Starlites GIG 69

(16-14)(24-22)(20-18)(13-15)

Bupa Luxol kisbu t-tielet rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Startlites GIG 78-69. Din kienet is-sitt darba li dawn iż-żewġ timjiet iltaqgħu kontra xulxin dan l-istaġun u dejjem kienu Luxol li ħarġu rebbieħa għalkemm f’din l-aħħar partita ir-riżultat baqa’ nċert sat-tmiem. Luxol kellhom lura lil Willam Ahlberg u kien nieqes Stefan Cappello fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom u spikka Mitchell Brewe li spiċċa l-partita bi 42 punt. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn il-vantaġġ beda jibdel l-idejn għal diversi drabi. Brew beda bil-punti tiegħhu biex Starlites marru minn fuq però Luxol kellhom risposta permezz ta’ Keith Dimech li għamel ukoll trippla biex marru minn fuq. Sa’ tmiem iss-sessjoni iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u Luxol żammew vantaġġ ta’ basket 16-14. Fit-tieni perjodu, Luxol bdew iżidu l-vantaġġ wara three pointers minn Dimech u Ahlberg. Starlites ukoll irrispondew b’diversi trippli speċjalment minn Shawn Pace li kellhu tlieta konsekuttivi però l-punti ta’ Ahlberg u three pointers ta’ Jean Paul Schembri komplew iħallu lil Luxol fuq quddiem u c-champions daħlu jistrieħu 40-36 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita ħadet svolta favur Luxol hekk kif huma fetħu bil-punti ta’ CJ Cordina u l-Amerikan Kyle Meyer flimkien ma’ żewġ trippli oħra ta’ Dimech. Il-vantaġġ ta’ Luxol kiber għal 14 –il punt 58-44 però Starlites reġgħu ġew lura b’run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Alec Felice Pace u d-distakk niżel għal sitt punti 60-54. Fl-aħħar taqsima, Luxol żiedu l-vantaġġ għal darb’oħra permezz tal-punti ta’ Nicola Vasovic, Meyer u Ahlberg. Starlites għamlu sforz ieħor u dan wassalhom sa’ basket biss ‘l bogħod 63-65 bi Brewe jkollu three pointer flimkien ma’ Felice Pace u Ryan Carabott. Punti fuq kull naħa ħallew l-istess distakk qabel ma Luxol għamlu run deċisiva ta’ 9-2 bil-punti ta’ Meyer biex rebħu l-partita 78-69.

Bupa Luxol: CJ Cordina 5, M. Sjoberg, N. Vasovic 9, J. Mellilo, JP Schembri 12, K. Dimech 14, W. Ahlberg 25, K. Meyer 11, A. Micallef Trigona 2.

Starlites GIG: S. Pace 11, M. Azzopardi, R. Bonnici 5, A. Schembri, S. Borg 2, A. Felice Pace 5, R. Carabott 4, O. Psaila, N. Andrejevic, J. Wait, M. Brewe 42.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibernians 73

Gżira Athleta 76

(16-15)(16-22)(18-15)(23-24)

Hibernians u Gżira Athleta għal darb’oħra offrew sfida mill-isbaħ bejniethom fejn l-emozzjonijiet baqgħu sejrin sal-aħħar sekondi u r-riżultat jibqa nċert ankè wara tmiem il-partita minħabba protest irreġistrat mill-Pawlisti mas-suffara finali. Athleta rkupraw lil Michael Naudi li tilef l-aħħar partita però kien nieqes Ivan Mitrovic bil-coach Ray Muscat jerġa jagħti fiduċja liż-żagħżugħ Francesco Mifsud Bonnici mal-ewwel ħamsa. Hibs irkupraw lil Fabrizio Mariani però għadu nieqes Simon Attard. Kif għedt, Hibs resqu protest fi tmiem il-partita hekk kif Naudi baqa’ fil-court għal xi ħin wara foul anti-sportiv u ieħor tekniku. Naudi fetaħ il-konfront bi trippla bil-Hibs jirrispondu permezz ta’ Chad Patus. L-Amerikan Jon Feiler kellhu prestazzjoni mill-aqwa u l-ewwel punti tiegħu poġġew lil Athleta fuq quddiem qabel ma Hibs għamlu break ta’ 7-0 biex marru fuq quddiem u sa’ tmiem is-sessjoni żammew vantaġġ ta’ punt 16-15. It-tieni perjodu baqa’ missielet bil-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi. Athleta marru 5 minn fuq wara trippla ta’ Omar Said però Hibs kellhom il-punti ta’ Marco Matijevic u trippla minn Roderick Vella però Athleta daħlu jistrieħu 5 minn fuq 37-32.

Fit-tielet sessjoni, Hibs kellhom l-aħjar bidu meta għamlu

Ritratt: Wally Galea

run ta’ 14-3 bi trippla ta’ Alvaro Lizaur flimkien ma’ Matijevic u Anton Axiaq. Athleta rkupraw bil-punti tal-Amerikan flimkien ma’ Naudi u Said u għaqqdu break ta’ 9-3 biex għamlu l-iskor indaqs. Hibs tilfu lil Patus bil-ħames foul u Athleta temmew il-perjodu 52-50 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Athleta żammew il-vantaġġ wara punti minn Billy Zammit u Feiler. Hibs ġew lura bil-punti ta’ Lizaur u trippla ta’ Vella poġġiethom fuq quddiem 61-58. Athleta rrispondew b’żewġ three pointers minn Zammit u Naudi qabel ma dan tal-aħħar ħalla l-court. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u bil-Hibs għal tlett darbies jieħdu vantaġġ permezz ta’ Axiaq u trippla ta’ Vella u basket ta’ Luke Farrugia. Żewġ free-throws ta’ Zammit reġgħu poġġew lil Athleta minn fuq fl-aħħar sekondi  u bil-Hibs ma jiskurjawx fl-aħħar tentattiv tagħhom, il-partita għalqet b’żewġ free-throws ta’ Said biex Athleta ħarġu rebbieħa 76-73.

Hibernians: R. Vella 13, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 8, I. Bonnett, K. Caruana, A. Axiaq 8, M. Matijevic 13, A. Lizaur 15, F. Mariani, C. Patus 16.

 

Gzira Athleta: M. Naudi 17, B. Zammit 10, P. Shoults 4, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 14, N. Xuereb, S. Vincic, J. Feiler 31.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Tuomas Mantere.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

4

4

0

8

319

298

Hibs

5

3

2

8

400

368

Bupa Luxol

5

3

2

8

445

390

Cynergi Depiro

4

1

3

5

282

319

Starlites

4

0

4

4

288

359





Leave a comment