Gżira Athleta jibdew it-tieni round b’żewġ rebħiet

Friday, December 16, 2016, 12:28

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Marvels Power Plus 50

Siġġiewi St. Nicholas 67

(17-16)(14-7)(9-14)(10-30)

Wirja tajba minn Siġġiewi St. Nicholas speċjalment fl-aħħar taqsima rathom jerbħu kontra Marvels Power Plus 67-50 biex pattew għat-telfa tal-ewwel round. Iż-żewġ timijiet kellhom players regolari nieqsa hekk kif Marvels kienu mingħajr Luke Azzopardi u Steve Sammut u Siġġiewi kellhom nieqsa lil Lee Grech u Keith Scicluna. Marvels bdew il-partita b’run ta’ 9-0 bil-coach ta’ Siġġiewi kostrett jagħjjat time-out kmieni. Dan isarraf f’rimonta qawwija minn Siġġiewi li kienu huma li għamlu run ta’ 13-1 b’diversi punti ta’ Hubert Agius. Marvels wieġbu bil-punti ta’ David Garcia li kellhu wkoll trippla biex Marvels temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 17-6. Fit-tieni perjodu Siġġiewi marru minn fuq wara trippla ta’ John Paul Antoncic, Marvels kellhom run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Daryyl Pisani biex fl-intervall kienu 31-23 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Marvels kabbru l-vantaġġ wara trippla oħra ta’ Garcia. Hawn Siġġiewi bdew jirkupraw b’seba’ punti mingħajr risposta però Marvels kienu għadhom minn fuq 40-37. Fl-aħħar taqsima, reġa’ kien Garcia bi trippla oħra li kabbar il-vantaġġ ta’ Marvels. Hawn però Siġġiewi kellhom run ta’ 15-0 bi trippla ta’ Nello Xuereb u punti minn Agius u Konstantinos Arvanitakis. Marvels waqqfuhom bi tlett punti ta’ Christian Briffa però Siġġiewi komplew b’run oħra ta’ 12-1 biex ħadu l-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 67-50.

Marvels Power Plus: D. Massa, D. Pisani 9, R. Curmi 1, D. Debattista 4, C. Camenzuli 4, D. Garcia 17, C. Briffa 5, J. Ransley 5, A. Toompere 5.

Siġġiewi St. Nicholas: JP Antoncic 16, N. Xuereb 9, H. Agius 25, G. Agius 2, R. Alosco 3, S. Opojevlic 2, R. Camilleri 2, R. Camilleri, J. Camilleri, K. Arvanitakis 8.

Referees: Stephen Micallef, Brian Sly.

Gżira Athleta 71

Starlites 37

(26-10)(9-13)(24-8)(12-6)

Id-differenza bejn iż-żewġ timjiet dehret evidenti hekk kif l-Amerikan Kwame Thompson waħdu għamel punti daqs Starlites. Kmieni fil-partita Athleta fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 13-3 wara sensiela ta’ punti konsekuttivi minn Thompson. Starlites kellhom trippla ta’ Alex Cutajar però Athleta komplew bil-punti tal-Amerikan tagħhom flimkien ma’ Joshua Aquilina u temmew it-taqsima 26-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu, l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat bi Starlites inaqqsu d-distakk bi trippla ta’ Alex Perunicic u Alex Xuereb biex fl-intervall Athleta kellhom vantaġġ ta’ 12 –il punt 35-23.

Wara l-intervall, Athleta fetħu bi trippla ta’ Luca Stefanovic u komplew b’run qawwija ta’ 21-2 b’aktar punti ta’ Thomposon u t-trippli minn Stefanovic u Stefan Vincic għal skor ta’ 59-31. Fl-aħħar taqsima reġa’ kien hemm nuqqas ta’ punti bl-Athleta jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 71-37.

Gżira Athleta: J. Symmons 2, N. Petrucci, J. Wait 1, J. Aquilina 5, L. Stefanovic 12, M. Gauchi Montaldo, M. Giusti 6, K. Thompson 37, D. Buhagiar, S. Vincic 8, M. Cilia, R. Zammit.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi, L. Vella, C. Doublet, M. Vella, A. Perunicic 22, A. Xuereb 8, A. Cutajar, Q. Bugeja, A. Cutajar 3, M. Farrugia 4.

Referees: Stephen Micallef, Brian Sly.

Gżira Athleta 86

Mellieħa Tritones 51

(18-15)(26-16)(24-4)(18-16)

F’partita oħra li ntlagħbet matul il-ġimgħa, Athleta kellhom rebħa oħra din id-darba kontra Mellieħa Tritones 86-51 biex komplew isaħħu posthom f’ras il-klassifika. Mellieħa kienu mingħajr Ian Terribile u żammew il-pass mal-avversarji sal-intervall però it-tielet sessjoni kienet diżażtuża għalijhom fejn Athleta rebħuha 24-4. Il-coach Sandro Farrugia għażel li jibda mingħajr l-Amerikan Thompson u sa’ dak il-ħin Mellieħa żammew il-pass mal-avversarji għalkemm kellhom il-punti minn Luca Stefanovic u Joshua Aquilina fost l-oħrajn. Mellieħa kellhom run ta’ 13-2 iżda żewġ three pointers konsekuttivi minn Stefanovic u Stefan Vincic u l-ewwel basket ta’ Thompson poġġew lill-Athleta minn fuq 18-15. Fit-tieni perjodu Athleta komplew b’sensiela ta’ three pointers minn Stefanovic u Vincic. Għalkemm Mellieħa wieġbu bi trippla ta’ Michel Farrugia, Athleta għamlu run oħra ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 44-31 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Athleta bdew b’ritmu qawwi fejn ħallew lil Mellieħa fuq żewġ baskets biss. Bejniethom huma għamlu runs ta’ 15-0 u 9-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 33 punt 68-35. L-aħħar taqsima kompliet bl-istess ritmu bl-Athleta jibdew bi break ieħor ta’ 7-0. Kien lejn tmiem il-partita li Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Emanuel Lupo u Robert Loporto biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bl-Athleta joħorġu rebbieħa 86-51.

Gżira Athleta: J. Symmons, F. Mifsud Bonnici 13, J. Wait 4, J. Aquilina 1, L. Stefanovic 19, M. Gauchi Montaldo 2, M. Giusti, K. Thompson 43, N. Petrucci, S. Vincic, M. Cilia 1, D. Buhagiar.

Mellieħa Tritones: M. Farrugia 15, J. Vibe 6, J. Muscat 2, R. Loporto 8, I. Terribile 16, B. Aquilina 2, D. Miani 2, C. Grixti 2,, B. Soler 2, I. Curmi.

Referees: Mikkos Rajczi, E. Ozpolat.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

6

6

0

12

436

284

Marvels Power Plus

5

3

2

8

284

290

Mellieħa Mr. Green

5

2

3

7

270

267

Siġġiewi St. Nicholas

5

2

3

7

274

249

Starlites

5

0

5

5

175

349

 





Leave a comment