Gżira Athleta jerbħu wkoll in-Knock-out

Wednesday, December 21, 2016, 17:40

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Siġġiewi St. Nicholas 50

Gżira Athleta 74

(9-22)(16-17)(3-12)(22-23)

 

Wara s-suċċess fil-kompetizzjoni tal-MBA Shield u d-dominju fil-kampjonat, Gżira Athleta rebħu wkoll il-Bank of Valletta knock-out wara li fil-finali għelbu lil Siġġiewi St. Nicholas 74-50. Athleta kellhom bidu qawwi, fejn wara li Siġġiewi żammew il-pass fl-ewwel minuti, run ta’ 11-0 tat ħjiel ċar tal-andament tal-partita. L-MVP tal-finali Luca Stefanovic kellhu żewġ three pointers biex kompla kabbar il-vantaġġ tal-Athleta li fi tmiem is-sessjoni kienu 22-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta komplew bi break ta’ 8-2. Hawn Siġġiewi kellhom trippla ta’ Jonathan Camilleri u l-punti ta’ Konstantinos Arvanitakis biex naqqsu d-distakk għal disa’ punti 22-31. Punti tal-Amerikan Kwame Thompson u Joshua Aquilina raw lill-Athleta jiftħu distakk ta’ 14 –il punt fil-halftime 39-25.

It-tielet taqsima kienet f’idejn Athleta hekk kif huma ħallew lil Siġġiewi bi tlett punti biss. Kien Thompson li beda b’sitt punti konsekuttivi u wara l-punti ta’ Siġġiewi kompla Stefanovic biex Athleta temmew it-taqsima 51-28 minn fuq. Bil-partita prattikament deċiża, l-aħħar taqsima offriet 45 punt hekk kif iż-żewġ timijiet illaxkaw id-difiża tagħhom u ndew jirrispondu lil xulxin. Lejn tmiem il-partita l-coach tal-Athleta Sandro Farrugia uża wkoll il-players żagħżagħ ta’ fuq il-bank biex Athleta ċċelebraw ir-rebħa fuq skor finali ta’ 74-50. Fi tmiem il-partita, s-Sur Peter Perotti ppreżenta l-unur tal-MVP lil Luca Stefanovic u t-trofew lil captain tal-Athleta Joshua Aquilina.

Siggiewi St. Nicholas:  JP Antoncic 4, K. Scicluna 11, N. Xuereb 1, H. Agius 7,  R. Alosco 10, S. Opojevlic 2, R. Camilleri, Re. Camilleri, J. Camilleri 6, K. Arvanitekis 9

Gżira Athleta: R. Zammit, F. Mifsud Bonnici 5, K. Thompson 24, D. Buhagiar, L. Stefanovic 21, M. Gauci Montaldo 4, M. Giusti 5, J. Aquilina 5, K. Schembri, S. Vincic 6,  M. Cilia 2, N. Petrucci 2

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Erkan Ozpolat





Leave a comment