Gżira Athleta jerbħu u jisfurzaw il-ħames partita

Sunday, April 30, 2017, 18:46

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 59

Gżira Athleta 61

(15-24)(16-9)(14-14)(14-15)

Gżira Athleta żammew ħajjin it-tamiet li jerbħu l-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

meta kisbu rebħa fir-raba’ partita biex issa l-kampjonat se jiġi deċiż fil-ħames partita għada l-ewwel ta’ Mejju. Iż-żewġ timijiet offrew partita mill-isbaħ u żgur li l-ħames partita se tkun waħda spettakolari fejn issa jrid jiġi deċiż it-titlu. B’minuta u 47 sekonda għat-tmiem, Athleta tilfu lil Christina Grima bil-ħames foul però żammew sod ghalkemm Luxol kellhom iċ-ċans li jsalvaw il-partita bil-free-throws però fallewhom. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara li Athleta fetħu bi trippla ta’ Antoinette Borg, Luxol kellhom risposta minn Steffi De Martino, Paula Ellul u Christina Curmi biex marru punt minn fuq 8-7. Hawn Athleta kellhom mument mill-aqwa bi break ta’ 13-4 b’żewġ three pointers minn Leanne Sciberras u oħra ta’ Borg. Curmi u Mandi Mercieca wieġbu għal Luxol iżda baskets ta’ Amelia Simmons u Grima ħallew lil Athleta minn fuq fi tmiem is-sessjoni 24-18. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Athleta kmplew b’sitt punti oħra biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 15 –il punt 30-15. Hawn però waqfu biex Luxol ġew lura b’run ta’ 12-0 bil-punti tal-Amerikana Attirah Munir u trippla ta’ De Martino. Athleta finalment wieġbu b’basket ta’ Grima però 4 punti oħra ta’ De Martini naqqsu d-distakk għal punt 32-31.

Fit-tielet sessjoni Athleta reġgħu fetħu b’żewġ three pointers minn Beverlee Zammit u Grima. Luxol wieġbu b’run oħra ta’ 13-0 b’De Martino tispikka u marru seba’ punti minn fuq 45-38. Athleta ma ċedewx u wettqu reazzjoni mmedjata bi tmien punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Sciberras u marru punt minn fuq 46-45. Fl-aħħar sessjoni l-eċitament laħaq il-qofol tiegħhu bl- Athleta jżommu sod il-vantaġġ li kellhom. Luxol irnexxielhom jippareġjaw fil-bidu però Zammit bi trippla oħra poġġiet lil Athleta minn fuq. Luxol naqqsu d-distakk għal basket wara trippla ta’ Ellul bl- Athleta jirrispindu bil-punti ta’ Sciberras u Grima qabel ma ġiet fouled-out. Luxol tħabtu kemm felħu biex idawwru l-iskor u jieħdu t-titlu però Athleta żammew sod bil-Luxol jiżbaljaw diversi free-throws fl-aħħar minuta u Athleta ħadu r-rebħa fuq skor ta 61-59.

Caffè Moak Luxol: S. Pace, M. Mercieca 2, A. Munir 16, I. Baena Medina, S. De Martino 25, K. Portelli, P. Ellul 5, L. Caruana Montaldo, C. Curmi 11.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 1, C. Grima 17, B. Zammit 6, L. Sciberras 12, A. Simmons 14, D. Said Hollier 1, A. Borg 10, J. Schembri, S. Vella, A. Debenay, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Statistika…

Luxol

Free throws – 19 on 28

Baskets – 17 on 35

Three pointers – 2 on 16

Rebounds – 40

Assists – 7

Turnovers – 15

Steals – 6

Fouls Suffered – 23

Fouls Made – 19

Athleta

Free throws – 9 on 17

Baskets – 14 on 43

Three pointers – 8 on 17

Rebounds – 38

Assists – 17

Turnovers – 12

Steals – 7

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 23

Il-ħames partita: It-Tnejn 1 ta’ Mejju – 14:45

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment