Gżira Athleta jerbħu t-tazza Louis Borg

Monday, February 11, 2019, 21:27

Tazza Louis Borg Irġiel – Finali     

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 72

Starlites GIG 74

(15-8)(21-31)(23-15)(13-20)

Fl-ewwel leg tal-finali tat-tazza Louis Borg Starlites GIG fetħu vantaġġ minimu ta’ basket fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ bi skor ta’ 74-72. Ftit kien hemm x’jifred liż-żewġ timijiet li għal ħinijiet twal kienu viċin xulxin u ħadd ma ċeda pulzier. L-Amerikan Connell Crossland tal-Athleta kellhu l-aħjar wirja tiegħhu f’Malta flimkien max-xogħol difensiv ta’ Peter Shoults fil-waqt lil Jordan Stotts tħabat ferm għal Starlites li tilfu lil Andrew Sears b’injury kmieni fil-partita. Playes bħal Alex Felice Pace, Cameron Ward, Nikola Vasovic u oħrajn ukoll kellhom sehem mill-isbaħ f’din il-partita. Fl-ewwel sessjoni kienu Athleta li għamlu l-punti permezz ta’ Crossland, Julio Guity u trippla ta’ Shoults hekk kif Starlites sabu diffikulta jaslu għal basket tant li kellhom biss 8 punti. Basket ta’ Vincent Pace għalaq it-taqsima favur Athleta fuq skor ta’ 15-8. Fit-tieni perjodu,  Starlites irkupraw u tlett three pointers ta’ Ward poġġewhow fuq quddiem. Ir-risposta tal- Athleta ġiet primarjament minn Pace għalkemm Crossland u Guity ukoll kisbulhom il-punti. Athleta reġgħu feġġew fuq quddiem lejn tmiem is-sessjoni iżda trippla ta’ Stotts u basket ta’ Felice Pace raw lil Starlites jidħlu jistrieħu 39-36 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta fetħu b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Vasovic u Guity. Stotts wieġeb bi trippla għal Starlites però Vasovic ukoll kellhu oħra flimkien ma’ punti ta’ Pace, Shoults u Guity biex Athleta marru 10 minn fuq 55-45. Għal xi ħin il-players ta’ Dimitrijevic żammew dan il-vantaġġ iżda qabel intemmet it-taqsima punti ta’ William Darley li kellhu partita pjuttost kwieta flimkien ma’ trippla ta’ Ward reġgħu naqqsu l-vantaġġ għal Starlites 54-59. Fl-aħħar perjodu Starlites ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 14-4 b’żewġ trippli ta’ Felice Pace u marru 68-63 minn fuq. Athleta wieġbu permezz ta’ Crossland u Pace u marru fuq quddiem. Three pointer fuq kull naħa ħalla lill-Athleta minn fuq iżda fl-aħħar ftit sekondi kienu Starlites li għamlu l-aħħar punti permezz ta’ Ward u Darley biex rebħu l-partita 74-72.

Gżira Athleta: N. Vasovic 12, C. Crossland 20, P. Shoults 5, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb, M. Gouder, V. Pace 16, I. Mitrovic, J. Guity 19.

 

Starlites Gig: A. Felice Pace 10, O. Psaila, N. Formosa 2, R. Bonnici, I. Felice Pace, C. Ward 23, M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott, W. Darley 9, A. Sears 2, J. Scotts 28.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Daniella Torok, Malek Hraisha

Starlites GIG 77

Gżira Athleta 90

(10-16)(24-22)(13-20)(30-32)

Gżira Athleta dawwru l-iżvantaġġ ta’ basket f’rebħa ta’ 13 –il punt

Ritratt: Wally Galea

biex rebħu b’aggregate ta’ 162-151 u rebħu t-tazza Louis Borg għall-10 darba fl-istorja tagħhom. Għal darb’oħra ż-żewġ timijiet offrew partita stupenda bil-players Amerikani fuq iż-żewġ naħat jogħllu wkoll il-livell tal-players lokali biex nistennew li jkollna kumplament ta’ staġun mill-aqwa. Connell Crossland kompla fejn ħalla fil-partita tal-Gimgħa u kien hu l-akbar uġiegħ ta’ ras għad-difiża ta’ Starlites. Il-partita rat lil Starlites jibdew tajjeb fejn kellhom it-trippli ta’ Jordan Stotts u Cameron Ward biex marru punt minn fuq 9-8. Ir-reazzjoni tal-Athleta waslet bil-punti ta’ Crossland flimkien ma’ Nathan Xuereb u Julio Guity b’dan tal-aħħar però jikkometti t-tielet foul tiegħhu u kellhu joqgħod fuq il-bank.  Posthu ħadu Matthew Gouder li ma ddiżapunta xejn speċjalment fid-difiża. Athleta temmew l-ewwel sessjoni 16-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta żammew il-vantaġġ wara l-punti ta’ Vincent Pace fosthom trippla għalkemm Starlites ukoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Alec Felice Pace u William Darley. Athleta komplew bi break qasir ta’ 10-4 però Starlites baqgħu viċin wara tlett baskets konsekuttivi qabel ma trippla ta’ Pace għalqet is-sessjoni u Athleta daħlu għall-halftime 38-34 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Athleta baqgħu fuq quddiem. Huma komplew b’run tajba ta’ 13-3 bil-punti ta’ Gouder, Pace u Crossland li kellhu wkoll trippla u fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 58-47. Il-qofol tal-partita ntlaħaq fl-aħħar sessjoni fejn b’logħob mill-isbaħ iż-żewġ timijiet baqgħu jissieltu għar-rebħa. Punti ta’ Stotts u trippla ta’ Ward raw lil Starlites inaqqsu d-distakk bin-nofs però Athleta baqgħu fuq quddiem bl-aggregate. Athleta kellhom il-punti ta’ Crossland li ħallewhom b’vantaġġ stabbli għalkemm Starlites kellhom tlett trippli wara xulxin minn Ward u Stotts. Xuereb ikkonkluda żewġ fast breaks għall-Athleta f’ħin kruċjali fejn Starlites kienu għaddejin bi sforz qawwi biex isalvaw ir-riżultat. Minkejja trippla oħra ta’ Ward u basket ta’ Stotts, Athleta għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Pace biex rebħu l-partita 90-77. Fit-tmiem il-partita l-President Emeritus tal-MBA Louis Borg ippreżenta l-midalji u t-trofew lil captain tal-Athleta Peter Shoults fost il-ferħ tan-numru sabiħ ta’ partitarji preżenti.

Starlites Gig: A. Felice Pace 14, O. Psaila, N. Formosa, R. Bonnici, I. Felice Pace, C. Ward 15, M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott, W. Darley 14, A. Sears 2, J. Scotts 29.

 

Gżira Athleta: N. Vasovic, C. Crossland 35, P. Shoults 2, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb 8, M. Gouder 10, V. Pace 29, I. Mitrovic, J. Guity 6.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak





Leave a comment