Gżira Athleta jerbħu s-St. James Hospital Shield

Monday, November 7, 2016, 21:04

St. James Hospital Shiled – Nisa – FINALI 

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 53

Depiro 43

(13-16)(14-7)(8-6)(18-14)

Gżira Athleta kisbu l-ewwel unur tagħhom għal dan l-istaġun meta fil-finali tas-St. James Hospital għelbu lil Depiro 53-43. Depiro inkludew lil Hayley Acreman fil-formazzjoni tagħhom fil-waqt li Athleta kellhom nieqsa lil Milika Stefanovic. Kienu Athleta li għamlu l-ewwel baskets tal-partita però Depiro kellhom it-three pointers minn Samantha Brincat u Gaby Mifsud flimkien ma’ Maria Bonett. Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Christina Grima iżda Depiro wkoll irrispondew bi trippla oħra minn Mifsud biex temmew l-ewwel sessjoni 16-13 minn fuq. Fit-tieni taqsima kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu biex marru 18-16 minn fuq wara trippli minn Amelia Simmons u Grima. Il-punti ta’ Depiro f’din is-sessjoni ġew biss mill-Amerikana Shammeka Murray biex Athleta daħlu jistrieħu 4 minn fuq 27-23.

It-tielet sessjoni kienet waħda fejn iż-żewġ timijiet sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti fejn Athleta kellhom run qasira ta’ 6-0 u xorta żammew il-vantaġġ 35-29. Il-coach ta’ Depiro ħalliet lil Murray fuq il-bank għal ħin twil fl-aħħar perjodu u Athleta ħadu vantaġġ minn nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ Depiro u għanlu run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Simmons u Antoinette Borg. L-aħħar sforz ta’ Depiro ġie minn Mifsud li kellha żewġ trippli konsekuttivi u meta għażlu li jwaqqfu l-arloġġ, Athleta ma żbaljawx minn fuq il-free-throw line biex żammew il-vantaġġ u ħarġu rebbieħa 53-43. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ppreżenta t-trofew lil captain tal-Athleta Leanne Sciberras.

Gżira Athleta: C. Grima 15, M. Pollacco, S. Pisani, L. Sciberras 12, A. Simmons 12, D. Said Hollier 5, A. Borg 7, J. Schembri, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 12, N. Agius, S. Brincat 7, M. Bonett 5, C. Camilleri 2, S. Murray 9, M. Scicluna, M. Micallef, H. Acreman, T. De Martino 4, C. Ciantar 4.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic





Leave a comment