Gżira Athleta jerbħu r-raba’ unur tal-istaġun

Monday, February 13, 2017, 16:48

Tazza Louis Borg Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 58

Floriana MCP Car Parks 60

(15-15)(13-21)(17-11)(13-13)

Aggregate 146-127

Gżira Athleta rebħu t-tazza Louis Borg għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom u kisbu r-raba’ unur tal-istaġun mill-ħamsa li saru s’issa. Fit-tieni leg, minkejja r-rebħa ta’ Floriana MCP Car Parks bl-iskor ta’ 60-58, ir-rebħa ta’ 21 punt li kellhom fl-ewwel leg kienet biżżejjed għat-team imexxi minn Joe Galea biex jaċċertaw ruħhom mir-rebħ ta’ dan l-unur. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ tal-partita permezz ta’ Michael Naudi, Josiah Whitehead u Peter Shoults. Ir-risposta ta’ Floriana waslet b’run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Nikola Vasovic u punti minn Chad Patus u Anton Axiaq. Sa’ tmiem is-sessjoni Athleta rnexxielhom jippareġjaw il-partita 15-15 bil-punti ta’ Naudi u Shoults. Fit-tieni taqsima Floriana bdew break ta’ 11-2 b’aktar punti minn Patus flimkien ma’ Sean Borg. Wara trippla minn David Camilleri għall-Athleta, kien hemm aktar punti minn Floriana li wassluhom biex jiftħu vantaġġ ta’ 11 –il punt u waslu sa’ 10 punti ‘bogħod bl-aggregate. Athleta kellhom reazzjoni minn Whitehead u Billy Zammit biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 28-36.

Wara l-intervall, Athleta bdew jiġru wara l-avversarji bil-punti ta’ Whitehead u Shoults. Floriana kellhom il-punti minn Axiaq però Athleta rnexxielhom jippareġjaw wara trippla ta’ Naudi però kienu Floriana li temmew it-taqsima fuq quddiem 47-45. Fl-aħħar taqsima kien hemm break ieħor ta’ 9-2 minn Athleta bi trippla ta’ Shoults u feħtu vantaġġ ta’ 5 punti 58-53 hekk kif Floriana kellhom trippla ta’ Nikola Andrejevic. L-aħħar punti ġew minn Floriana partikolarment minn Patus biex Floriana rebħu din il-partita 60-58 però kienu Athleta li rebħu t-tazza. Fi tmiem il-partita il-President Emeritus tal-MBA is-Sur Louis Borg ippreżenta t-trofew lil captain Michael Naudi. Il-klan ta’ Athleta iddedikaw ir-rebħ ta’ dan l-unur lil mibki President tagħhom Marcel Pisani li ħalla din id-dinja ġurnata qabel.

Gżira Athleta: M. Naudi 14, R. Vella 4, D. Camilleri 3, P. Shoults 16, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 2, S. Vincic, M. G. Montaldo 2, J. Whitehead 17.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 20, D. Krivokuca, S. Pace 4, S. Borg 12, N. Vasovic 7, C. Calleja 2, A. Axiaq 10, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic 3.

Referees: Stephen Micallef, Christine Farrugia, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment