Gżira Athleta jerbħu lejn it-tmiem u jikkwalifikaw

Friday, December 9, 2016, 16:23

Tazza Louis Borg – Nisa

minn Colin Schembri

Hibs 54

Gżira Athleta 58

(16-12)(13-11)(11-19)(14-16)

Għal ħin twil Hibs kienu fuq quddiem u b’post fis-semi-finali però lejn tmiem il-partita tilfu diversi blalen f’turnovers u dik li dehret se tkun rebħa daret f’telfa bl-Athleta jkollhom run ta’ 9-0 fl-aħħar minuta u nofs biex dawwru r-riżultat hu ħadu r-rebħa. Fis-semi finali,  Athleta jiltaqgħu kontra c-champions Caffè Moak Luxol fil-waqt li s-semifinali l-oħra tkun bejn Starlites u Depiro. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti ta’ Amelia Simmons. Hibs wieġbu bit-trippli ta’ Iona Agius u Silvia Gambino u marru minn fuq. Athleta kellhom il-punti ta’ Leanne Sciberras u Simmons qabel ma ħames punti mingħajr risposts raw lil Hibs itemmu l-ewwel sessjoni 16-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, komplew b’run ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Gambino biex marru 9 minn fuq 23-14. Athleta finalment irrispondew bil-punti ta’ Simmons, Sharon Vella u trippla ta’ Milica Stefanovic però Hibs kienu għadhom sitta minn fuq 29-23.

Wara l-intervall Athleta kellhom l-aħjar bidu bi three pointer ieħor ta’ Stefanovic u marru minn fuq. Hibs ukoll wieġbu bi trippla minn Elena Cassar però Athleta kellhom punti konsekuttivi minn Christina Grima biex irnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ basket 42-40. Hibs reġgħu marru fuq quddiem fir-raba’ taqsima u sat-tmein minuta kienu għadhom 54-49 minn fuq wara punti tal-Amerikana Trudy Armstead. Hawn però tilfu l-konċentrazzjoni fejn saħansitra m’approfittawx minn un-sportsmanlike favurijhom u wettqu turnovers konsekuttivi. Athleta ma tilfux l-okkażjoni u wara li għamlu l-iskor indaqs bi trippla ta’ Denise Said Hollier, kisbu wkoll il-punti neċessarji biex dawwru l-aggregate favur tagħhom u rebħu l-partita 58-54 u għaddew bi skor ta’ 115-113.

Hibs: E. Cassar 11, S. Gambino 14, I. Agius 3, K. Caruana, M. Said 4, N. Vella, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia, T. Armstead 12, J. Scerri 10.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 6, C. Grima 15, L. Sciberras 11, A. Simmons 20, D. Said Hollier 4, A. Borg, J. Schembri, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.





Leave a comment