- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Gżira Athleta jaċċertaw ruħhom mill-ewwel post

Posted By sportinmalta1 On March 26, 2018 @ 4:43 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 68

Gżira Athleta 84

(18-21)(19-19)(17-23)(14-21)

Gżira Athleta pattew għall-uniku telfa li għandhom

Ritratt: Wally Galea

fil-kampjonat meta għelbu lil Bupa Luxol 84-68 u komplew isaħħu posthom f’ras il-klassifika. Luxol kienu mingħajr William Ahlberg li kien biss spettatur fuq il-bank u kien nieqes ukoll Michael Sjoberg. Athleta rkupraw lil Billy Zammit li però ma ħax sehem fil-partita. Luxol kienu fuq quddiem fl-ewwel ħinijiet wara punti minn Nikola Vasovic u l-Amerikan Kyle Meyer li kellhu wkoll trippla. Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Jon Feiler u Michael Naudi biex ħadu l-vantaġġ li ma reġgħux ċedew. Luxol kellhom punti minn CJ Cordina u JP Schembri  però basket ta’ Feiler għalaq it-taqsima favur Athleta 21-18. Fit-tieni perjodu, Athleta bdew bi trippla minn Ivan Mitrovic, l-ewwel waħda mill-ħamsa li għamel fil-partita f’run ta’ 8-2. Luxol ġew lura b’basket ta’ Keith Dimech u trippla ta’ Cordina b’Matthew Gouder u Feiler iwieġbu għall-Athleta. Hawn wasal mument tajjeb minn Luxol speċjalment minn Meyer li għamel erba’ three pointers iżda fuq i-naħa l-oħra Mitrovic u Feiler ukoll wieġbu bit-trippli biex Athleta daħlu jistrieħu fuq quddiem 40-37.

Wara l-intervall, Athleta bdew bi break ieħor ta’ 8-2 biex reġgħu inqatgħu mill-avversarji. Luxol wieġbu permezz ta’ Dimech u Schembri però Athleta baqgħu jirrispondu kontinwament minn Gouder, Omar Said, Feiler u Mitrovic biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 61-46. Luxol għalqu t-taqsima b’run qasira ta’ 8-2 biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 9 punti 54-63. Fl-aħħar sessjoni, Luxol waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod wara baskets ta’ Vasovic u Meyer. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn żewġ trippli ta’ Mitrovic u Nathan Xuereb għalkemm Vasovic kompla jirrispondi għac-champions. Athleta għalqu l-partita b’run oħra ta’ 9-0  biex ħadu r-rebħa 84-68.

Bupa Luxol: CJ Cordina 8, N. Vasovic 23, J. Mellilo, JP Schembri 5, K. Dimech 6, K. Meyer 23, A. Micallef Trigona 3.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 5, B. Zammit, P. Shoults 2, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 8, M. Gouder 15, N. Xuereb 3, S. Vincic, I. Mitrovic 15, J. Feiler 36.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Ivica Simic

Hibernians 81

Cynergi Depiro 47

(22-16)(14-11)(30-12)(26-8)

Hibernians ukoll saħħew it-tieni post tagħhom meta għelbu lil Cynergi Depiro 92-47. Depiro minbarra lil David Bugeja kellhom nieqes ukoll lil David Camilleri fil-waqt li Hibs kienu bl-iskwadra kompluta tagħhom. Hibs bdew mal-ewwel bil-punti minn Alavaro Lizaur li kellhu żewġ three pointers flimkien ma’ Chad Patus u Marco Matijevic biex marru 16-7 minn fuq. Depiro kellhom il-punti ta’ Dominic Scafidi u trippla ta’ Matthew Borg għal skor ta’ 22-16. Fit-tieni perjodu Hibs fetħu bil-punti ta’ Luke Farrugia u Luca Tardito bi Scafidi jwieġeb bi trippla għal Depiro. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma Hibs kellhom punti konsekuttivi minn Patus u basket ta’ Simon Attard biex fl-intervall kienu 9 minn fuq 36-27.

It-tielet taqsima kienet dominata mill-Pawlisti speċjalment Lizaur li kellhu mument mill-aqwa. Wara basket fuq kull naħa assistejna għal sensiela ta’ three pointers minn Hibs fejn beda Patus u kompla Farrugia b’Lizaur jagħmel erbgħa oħra wara xulxin. Din ir-run ta 22-4 temmet kull tama ta’ Depiro li jieħdu xi ħaġa mill-partita hekk kif it-taqsima għalqet bi trippla oħra minn Roderick Vella u punti ta’ Axiaq għal skor ta’ 66-39. Fl-aħħar sessjoni kien hemm spazju għal players ta’ fuq il-bank taż-żewġ naħat. Fil-fatt Hibs fetħu bil-punti ta’ Tardito u trippla minn Isaac Bonett. Depiro kellhom il-punti ta’ Nicholas Grech flimkien ma’ Scafidi u Borg però kienu għadhom 30 minn taħt 75-45. Il-partita għalqet bil-Hibs jagħmlu run oħra ta’  17-2 b’diversi punti ta’ Tardito, Axiaq u Bonett biex ħarġu rebbieħa 92-47.

Hibernians: R. Vella 5, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 4, S.Attard 5, I. Bonnett 7, L. Tardito 17, A. Axiaq 12, M. Matijevic 4, A. Lizaur 25, F. Mariani, C. Patus 11.

 

Cynergi Depiro: E. Briffa, J. Attard, A. Aquilina 7, N. Grech 7, A. Attard 2, M. Mallia 2, K. Xuereb, M. Borg 5, D. Scafidi 24.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

10

9

1

19

822

730

Hibs

10

7

3

17

799

704

Bupa Luxol

10

5

5

15

803

761

Cynergi Depiro

9

2

7

11

612

720

Starlites

9

1

8

10

628

749


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/gzira-athleta-jaccertaw-ruhhom-mill-ewwel-post/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.