Gżira Athleta fil-quċċata fi tmiem l-ewwel round

Monday, December 23, 2019, 16:21

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 99

Depiro 94

(24-26)(20-27)(20-20)(26-17) (9-4)

Starlites kisbu rebħa mportanti kontra Depiro fl-aħħar ġurnata ta’ logħob tas-sena

Ritratt: Wally Galea

2019 biex laħquhom fil-klassifika bi tlett timijiet b’żewġ rebħiet u żewġ telfiet minn erba’ partiti. Starlites kellhom nieqsa lill-aħwa Alec u Ian Felice Pace neqsin u nkludew lil Quentin Bugeja u Jack Zammit li jinsab fl-Istati Uniti fuq studju. Depiro raw vantaġġ ta’ 17 -il punt li kellhom fit-tielet taqsima jisfaxxa hekk kif tul il-partita tilfu players importanti bħal Kurt Xuereb u Omar Said b’żewġ fouls anti sportivi b’uħud minnhom xi ftit magħġġla. Lejn tmiem il-partita tilfu wkoll lil coach Julian Naudi hekk kif Depiro pprotestaw għal xi deċiżjonijiet tat-terna arbitrali. Il-partita dehret li se tkun ta’ skor għoli hekk kif sal-ewwel minuti Starlites kellhom vantaġġ ta’ basket 10-8. Depiro kellhom trippla ta’ Xuereb bi Starlites ikollhom il-punti ta’ Jeremy Marseille u Konor Kulas u marru fuq quddiem. Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat bi Starlites jagħmlu żewġ trippli minn Miguel Falzon u Marseille bi Quin Cooper iwieġeb għal Depiro li temmew l-ewwel taqsima basket minn fuq 26-24. Fit-tieni taqsima, ż-żewġ timijiet fetħu bi trippli biex Starlites marru basket minn fuq 33-31. Depiro kellhom mument tajjeb bi break ta’ 14-2 bil-punti ta’ Marco Todorovic, Cooper u Daniel Farrugia u għalqu r-run bi trippla ta’ Miguel Brincat. Starlites waqqfuhom bi trippla ta’ Matthew Scerri u komplew b’sitt punti mingħajr risposta però qabel l-intervall kien Todorovic li rrisponda għal Depiro għal skor ta’ 53-44.

Fit-tielet sessjoni, Starlites fetħu bl-ewwel żewġ baskets però Depiro għamlu run oħra ta’ 16-4 bi trippli ta’ Cooper u Said biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 17 -il punt 69-52. Starlites irkupraw u kienu huma li għamlu run ta’ 12-2 bi trippli ta’ Scerri u Ryan Carabott u sa’ tmiem il-perjodu naqqsu d-distakk għal disa’ punti 73-64. Fl-aħħar taqsima, Starlites komplew jersqu viċin wara trippla ta’ Kulas u l-punti ta’ Marseille u Carabott. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Cooper però Scerri kien f’burdata mill-aqwa u l-punti tiegħu raw lil Starlites jagħmlu l-iskor indaqs 83-83. Baskets minn Nicholas Grech u Said qabel spiċċa barra reġgħu poġġew lil Depiro fuq quddiem però reġa’ kien Scerri bi trippla li ppareġja l-partita. Fl-aħħar minuta Depiro reġħhu ħadu l-vantaġġ però free-throws ta’ Robert Bonnici raw lil Starlites jisfurzaw il-ħin barrani. Hawn Depiro marru fuq quddiem b’erba’ punti minn Cooper u Brincat però tilfu diversi blalen u minkejja li f’xi okkażjoni deher li seta’ kien hemm foul, il-logħob baqa għaddej bi Starlites jagħmlu l-punti permezz ta’ Scerri u Kulas biex ħarġu rebbieħa 99-94.

Starlites GIG: J. Zammit 2, Q. Bugeja, R. Bonnici 15, M. Fabri, M. Falzon 7, M. Scerri 22, R. Carabott 9, K. Kulas 30, J. Marseille 14.

 

Depiro: M. Todorovic 19, Q. Cooper 34, D. Farrugia 8, N. Grech 8, O. Said 13, K. Xuereb 7, M. Borg 5, M. Brincat 5, J. Attard,  A. Attard.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Luke Camilleri, Sejmir Jafilika.

Gżira Athleta 78

 

Luxol 56

(20-8)(18-16)(20-17)(20-15)

Gżira Athleta għelbu lil Luxol 78-56 biex ħadu r-raba’ rebħa tal-kampjonat. Athleta kienu ilhom weqfin diversi ġimgħat u dehru xi ftit iebsin fl-ewwel minuti però qatt ma kienu fil-periklu li joħorġu b’idejhom vojta minn din il-partita. Huma rkupraw ukoll lil Matthew Gouder u fil-waqt lil Luxol kellhom nieqsa lil Juan Cefai u Slavko Opojevlic. Kien Conell Crossland li fetaħ il-partita b’sitt punti għall-Athleta segwit minn trippla ta’ Luca Stefanovic bil-Luxol iwieġbu bi trippli minn Francesco Mifsud Bonnici u Jean Paul Schembri. Athleta komplew b’run ta’ 11-0 b’aktar punti ta’ Crossland flimkien ma’ Nathan Xuereb u trippla ta’ Peter Shoults għal skor ta’ 20-8. Fit-tieni perjodu, Athleta kabbru d-distakk b’seba’ punti oħra. Luxol finalment wieġbu bi break ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Schembri biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 19-29. Hawn Athleta kellhom il-punti ta’ Gouder u trippla ta’ Milos Novakovic biex daħlu jistrieħu 38-24 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita komplet bl-istess andament bl- Athleta jżidu l-vantaġġ permezz ta’ Crossland u Ian Thiesen. Schembri għamel trippla oħra għal Luxol li kellhom ukoll il-punti ta’ Vukassin Jandric u Isaac Pace. Athleta għamlu run ta’ 10-0 biex għalqu s-sessjoni 58-41 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm it-trippli minn Sean Galea u Shawn Pace għall-Athleta u tnejn ta’ Gouder. Iż-żewġ coaches daħħlu lil players żgħażagħ ta’ fuq il-bank bil-Luxol jagħlqu t-taqsima bi break ta’ 11-2 biex Athleta ħarġu rebbieħa 78-56.

Gżira Athleta: E. Sciberras, M. Novakovic 8, C. Crossland 21, S. Pace 8, P. Shoults 7, L. Stefanovic 3, S. Galea 3, N. Xuereb 7, M. Gouder 12, I. Thiesen 9, E. Abela, R. Abela.

 

Luxol: V. Jandric 14, P. Englebert 5, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 8, JP Schembri 15, K. Dimech 10, I. Pace 2, K. Gauchi, L. Trapani, S. Cappello 2.

Referees: Bernard Vassallo, Vladimir Nikolic, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment