Gżira Athleta Champions tat-tieni diviżjoni għat-tieni sena konsekuttiva

Sunday, May 20, 2018, 16:10

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Depiro 75

Gżira Athleta 89

(23-26)(28-20)(12-25)(12-18)

Fl-isbaħ partita mis-serje finali, Gżira Athleta kisbu t-tielet rebħa kontra Depiro 89-75 biex b’hekk żammew it-titlu ta’ Champions f’din il-kategorija. Depiro baqgħu jissieltu għal ħin twil f’partita li kellha svolta fit-tielet taqsima b’run ta’ 19-2 minn Athleta. Depiro kellhom lura lil Jack Nygaard però Kurt Xuereb kien disponibbli biss fl-aħħar ħinijiet tal-partita. Athleta kellhom il-formazzjoni solita tagħhom. Il-partita kellha bidu movimentat speċjalment bit-three pointers ta’ Depiro minn Matthew Borg u Jack Nygaard li rathom imorru 15-10 minn fuq. Athleta wieġbu bil-punti minn Albert Serra u three-pointer ta’ Nathan Xuereb biex temmew l-ewwel sessjoni 26-23 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Borg kellhu trippla oħra għal Depiro flimkien ma’ Nicholas Grech biex ħadu l-vantaġġ. Ir-risposta tal- Athleta ġiet bi trippla oħra ta’ Xuereb u l-punti ta’ Serra biex reġgħu marru fuq quddiem. Depiro kellhom run ta’ 11-3 u trippla taż-żagħżugħ Miguel Brincat rathom jidħlu jistrieħu 51-46 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Depiro kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti 57-48 wara baskets minn Adam Chomo u Nygaard. Hawn ħa l-partita f’idejh b’mod stupend Luca Stefanovic li waħdu għamel run ta’ 13-0 biex Athleta reġgħu marru minn fuq. Il-punti tal- Athleta kompew ġejjin minn Serra u Stefanovic biex huma temmew il-perjodu 71-63 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Depiro kellhom bidu tajjeb hekk kif għamlu run ta’ 8-0 minn Nygaard, Xuereb u Janis Vibe biex għamlu l-iskor indaqs 71-71. Hawn Athleta kellhom run oħra ta’ 12-0 minn Serra flimkien ma’ Stefanovic u Carmelo Pucchia. Depiro kellhom risposta permezz ta’ Chomo u trippla ta’ Brincat però Athleta kkontrollaw l-aħħar minuti u għalqu l-partita bil-punti ta’ Francesco Mifsud Bonnici, Pucchia u Stefan Vincic biex ħarġu rebbieħa 89-75. Fi tmiem il-partita, s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta l-unur tal-MVP tal-finali lil player ta’ Athleta Albert Serra u t-trofew ta’ champions lil captain Joshua Aquilina fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji ta’ tagħhom.

Depiro:  E. Briffa, A. Attard 2, N. Grech 5, J. Camilleri, A. Chomo 17, K. Xuereb 2, M. Borg 12, M. Zloh, M. Brincat 8, J. Nygaard 25, M. Debattista, J.Vibe 4.

 

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 2, C. Pucchia 5, A. Serra 32, L. Stefanovic 27, M. Gauchi Montaldo, N. Xuereb 13, J. Aquilina, J. Caruana, S. Vincic 4, J. Ransley 6, M. Cilia.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Vladimir Nikolic

Statistika…

Depiro

Free throws – 20 on 25

Baskets – 14 on 36

Three pointers – 9 on 26

Rebounds – 47

Assists – 10

Turnovers – 25

Steals – 15

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 33

Athleta

Free throws – 21 on 35

Baskets – 28 on 47

Three pointers – 4 on 18

Rebounds – 39

Assists – 8

Turnovers – 21

Steals – 14

Fouls Suffered – 34

Fouls Made – 21





Leave a comment