Gżira Athleta Champions ġodda tal-basketball lokali

Wednesday, May 1, 2019, 22:34

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 88

Gżira Athleta 93

(10-25)(23-11)(10-16)(20-23)

Wara nuqqas ta’ 4 staġuni t-team ta’ Gżira Athleta reġgħu saru Champions tal-basketball lokali wara li għelbu lil ex champions Hibernians 93-88 biex ħadu t-tielet rebħa. Dan kien ukoll il-ħdax –il kampjonat fl-istorja tagħhom u l-ewwel wieħed taħt il-Presidenza ta’ Joe Galea. Kien ukoll l-ewwel kampjonat għal players żagħżagħ bħal Nathan Xuereb u Matthew Gouder. L-ewwel kampjonat mat-team għall-veteran Peter Shoults li b’sodisfazzjon enormi għolla t-tazza ta’ Champions fit-tmiem il-partita. Athleta fetħu tajjeb u wara bidu bilanċjat bi tlett baskets fuq kull naħa, huma għamlu run ta’ 10-2 b’żewġ trippli minn Connell Crossland u Gouder. Hibs wieġbu permezz ta’ Luca Tardito u trippla ta’ Roderick Vella flimkien ma’ Anton Axiaq għal skor ta’ 17-20. Fit-tieni perjodu Hibs marru fuq quddiem wara żewġ three pointers minn Alvaro Lizaur u Chad Patus. Hawn Athleta reġgħu rkupraw bil-punti tal-Amerikan Vincent Pace biex marru sitta minn fuq 31-25. Lizaur kompla jitħabat u kiseb żewġ trippli oħra biex Hibs reġgħu naqqsu d-distakk però trippla ta’ Pace u free-throws minn Crossland raw lill- Athleta jidħlu jistrieħu 43-36 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs bdew bi trippla u basket ta’ Luke Farrugia qabel ma Athleta kellhom il-punti ta’ Julio Guity. Hibs komplew jiġru wara r-riżultat b’aktar trippli minn Lizaur u Patus biex għal darbtejn waslu sa’ basket ‘l bogħod. Sensiela ta’ punti minn Guity reġgħu taw vantaġġ ta’ għaxar punti lill- Athleta, vantaġġ li żammew sa’ tmiem is-sessjoni 67-57 wara żewġ trippli ta’ Gouder u Pace. Fl-aħħar sessjoni Athleta kabbru l-vantaġġ għal 14 –il punt però Hibs ma baqgħu jittamaw speċjalment wara li b’żewġ trippli ta’ Lizaur reġgħu naqqsu d-distakk għal sitt punti. Gouder kiseb żewġ three pointers oħra għall-Athleta, però l-aħħar sforz ta’ Hibs wassalhom sa’ 3 punti ‘l bogħod. Huma kellhom ukoll żewġ okkażjonijiet biex jisfurzaw il-ħin barrani però ma rnexxielhomx jaslu għall-basjet biex Athleta għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’ Pace biex finalment rebħu l-partita 93-88 u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita s-Sur Anthony Scicluna, Chief Officer tal-Bank Of Valletta flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw l-midalji lic-champions il-godda, l-unur tal-MVP tal-finali lil Vincent Pace u t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Athleta Peter Shoults.

Hibs: R. Vella 3, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 8, M. Formosa, M. Attard, I. Bonett, L. Tardito 14, A. Axiaq 4, A. Lizaur 37, I. Demcesen 1, C. Cuschieri Patus 22.

 

Gżira Athleta: N. Vasovic, C. Crossland 15, P. Shoults 4, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb, M. Gouder 26, K. Thompson 4, V. Pace 23, J. Guity 21.

Referees: Bernard Vassallo, Malek Hraisha, Tuomas Mantere

Statistika…

Hibs

Free throws – 9 on 19

Baskets – 20 on 43

Three pointers – 13 on 33

Rebounds – 34

Assists – 19

Turnovers – 6

Steals – 7

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 19

Athleta

Free throws – 17 on 23

Baskets – 26 on 40

Three pointers – 8 on 19

Rebounds – 42

Assists – 12

Turnovers – 15

Steals – 4

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 21





Leave a comment