Gżira Athleta bl-għaxar rebħa u Bupa Luxol lura għar-rebħ

Tuesday, April 10, 2018, 16:04

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 78

Starlites 61

(19-9)(16-8)(16-15)(27-29)

Gżira Athleta, ċerti mill-ewwel post tal-klassifika, għelbu

Ritratt: Wally Galea

lil Starlites GIG 78-61 fejn il-coach Ray Muscat uża l-players kollha li kellhu ħlief għal player mill-Estonja Kevin Liivamagi li ma ħax sehem fil-partita. Huma kienu mingħajr Michael Naudi u Billy Zammit. Starlites kellhom nieqes lil Shawn Pace u nkludew għall-ewwel darba lil Nedeljco Ninkovic li diġa huwa coach magħhom ta’ diversi timijiet. Huwa kien reġistrat bħala local foreigner u għalhekk jista’ jilgħab flimkien mal-Amerikan Mitchell Brewe. Athleta fetħu fuq l-offensiva u ħadu l-ewwel vantaġġ permezz ta’ Jon Feiler u trippla minn Ivan Mitrovic. Starlites bdew jirrispondu permezz ta’ Robert Bonnici però Athleta baqgħu fuq quddiem. Mitrovic kellhu trippla oħra flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici, Omar Sai u Feiler biex temmew l-ewwel taqsima 10 minn fuq 19-9. Fit-tieni perjodu, Starlites kellhom risposta bil-punti ta’ Brewe u Ryan Carabott biex naqqsu d-distakk 15-23. Hawn però Athleta għamlu run ta’ 10-2 b’aktar punti ta’ Feiler flimkien ma’ Matthew Gouder u Nathan Xuereb għal skor ta’ 35-17.

Wara l-intervall, il-logħob kien aktar bilanċjat biż-żewġ timijiet jirripondu lil xulxin. Athleta kellhom run qasira ta’ 7-2 b’żewġ baskets ta’ Feiler u trippla ta’ Mitrovic però Starlites komplew iwieġbu permezz ta’ Carabott, Brewe u Ian Felice Pace għalkemm Athleta temmew il-perjodu 19 minn fuq 51-32. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Starlites kellhom l-aħjar mument meta fetħu b’run ta’ 10-0 bi trippla ta’ Bonnici. Athleta waqqfuhom b’baskets minn Feiler u Mifsud Bonnici qabel ma Starlites għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 49-55. Athleta rkupraw u kellhom punti konsekuttivi minn Gouder u Xuereb li kellhu wkoll three pointer biex reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 61-49. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bi Starlites ikollhom trippla oħra ta’ Bonnici qabel ma l-Athleta għalqu l-partita b’sensiela ta’ free-throws minn Said, Mifsud Bonnici u Peter Shoults biex ħarġu rebbieħa 78-61.

Gżira Athleta: K. Liivamagi, P. Shoults 8, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici 10, O. Said 10, M. Gouder 9, N. Xuereb 7, S. Vincic, I. Mitrovic 9, J. Feiler 25.  

Starlites GIG: N. Ninkovic 3, R. Bonnici 15, A. Schembri 2, M. Scerri, M. Falzon 2, A. Felice Pace 8, R. Carabott 4, I. Pace, I. Felice Pace 3, J. Wait, M. Brewe 24.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Tuomas Mantere.

Cynergi Depiro 77

Bupa Luxol 96

(25-22)(13-27)(17-20)(22-27)

Bupa Luxol għelbu lil Cynergi Depiro 96-77 biex saħħew it-tielet post tagħhom b’ċertezza fil-waqt li l-aħħar post fil-play-offs irid jiġi deċiż f’konfront dirett bejn l-istess Depiro u Starlites nhar il-Ħadd li ġej. Iż-żewġ timijiet kellhom player nieqes fejn Depiro kienu mingħajr Kurt Xuereb u Luxol kienu mingħajr Andrew Micallef Trigona. Il-partita offriet 23 three pointer b’William Ahlberg jispikka bit-tmienja fil-waqt li David Camileri kellhu erbgħa oħra. Depiro fetħu tajjeb biex marru 9-2 minn fuq wara punti mill-Amerikan Dominic Scafidi u trippla ta’ Andrew Aquilina. Luxol wieġbu bi three pointer ta’ Jean Paul Schembri però Camilleri għamel tnejn oħra wara xulxin biex Depiro baqgħu 15-7 minn fuq. Luxol kellhom risposta minn Nicola Vasovic u three pointers minn Keith Dimech u Ahlberg iżda kienu Depiro li temmew is-sessjoni fuq quddiem 25-22. Fit-tieni taqsima, Luxol kellhom bidu mill-aqwa b’run ta’ 16-2 b’ħames three pointers minn Vasovic, Dimech, Kyle Meyer u tnejn t’Ahlberg biex marry 12 minn fuq 38-26. Depiro wieġbu permezz ta’ Scafidi hell kif Meyer kellhu jinbidel minħabba t-tielet foul però Ahlberg kompla għaddej bit-three pointers biex Luxol daħlu jistrieħu 49-38 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Depiro komplew jitħabtu biex inaqqsu d-distakk iżda Luxol bdew jirrispondu għal baskets ta’ Scafidi bil-punti ta’ Vasovic, Dimech, Meyer u CJ Cordina. Depiro waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod però Luxol wieġbu b’żewġ trippli oħra minn Vasovic u Ahlberg biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 69-55. Fl-aħħar taqsima, Depiro naqqsu d-distakk għal darb’oħra meta kellhom it-three pointers ta’ David Camilleri flimkien ma’ Matthew Borg u Nicholas Grech u waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod 71-79. Hawn però Luxol għalqu l-partita hekk kif għamlu run oħra ta’ 14-2 bil-punti kontinwi minn Ahlberg speċjalment free-throws biex ħadu r-rebħa 96-77.

Cynergi Depiro: E. Briffa, D. Camilleri 16, L. Duckinson, A. Aquilina 6, N. Grech 7, A. Attard, M. Mallia, J. Attard, M. Borg 13, D. Scafidi 35.

 

Bupa Luxol: CJ Cordina 13, N. Vasovic 20, J. Mellilo, JP Schembri 10, K. Dimech 14, W. Ahlberg 32, K. Meyer 7.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

11

10

1

21

900

791

Hibs

10

7

3

17

799

704

Bupa Luxol

11

6

5

17

899

838

Cynergi Depiro

10

2

8

12

689

816

Starlites

10

1

9

11

689

827





Leave a comment